Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 141 tat-28 ta' Mejju 2019)
- Označení:
- 32019R0833R(02)
- Stav:
- effective
- Jazyk textu:
- mt
Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 141 tat-28 ta' Mejju 2019 )
Fil-paġna 6, fl-Artikolu 5(3)(a), minflok: 3.Għall-istokkijiet identifikati fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ li jinqabdu fiż-Żona Regolatorja minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, kull Stat Membru tal-bandiera għandu: (a) jiżgura li l-ispeċijiet kollha mill-istokkijiet imniżżlin fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jitnaqqsu mill-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, inklużi l-qabdiet aċċessorji tar-redfish mid-Diviżjoni 3M li jinqabdu bejn id-data li fiha jkun stmat li jkunu nqabdu 50 % mill-qabdiet totali permissibbli (TAC) għar-redfish fid-Diviżjoni 3M u l-1 ta' Lulju; ,aqra: 3.Għall-istokkijiet identifikati fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ li jinqabdu fiż-Żona Regolatorja minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, kull Stat Membru tal-bandiera għandu: (a) jiżgura li l-ispeċijiet kollha mill-istokkijiet imniżżlin fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jinqatgħu mill-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, inklużi l-qabdiet aċċessorji tar-redfish mid-Diviżjoni 3M li jinqabdu bejn id-data li fiha jkun stmat li jkunu nqabdu 50 % mill-qabdiet totali permissibbli (TAC) għar-redfish fid-Diviżjoni 3M u l-1 ta' Lulju;.