Rettifika tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 435 tat-23 ta' Diċembru 2020)
- Označení:
- 32020L2184R(04)
- Stav:
- effective
- Jazyk textu:
- mt
Rettifika tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 435 tat-23 ta' Diċembru 2020 )
1. Fid-dokument kollu, għandhom jiġu kkoreġuti t-termini sal-12 ta’ Jannar u sal-12 ta’ Lulju għal sat-12 ta’ Jannar u sat-12 ta’ Lulju, rispettivament.
2. Fil-paġna 26, fl-Artikolu 13, il-paragrafu 7,minflok: Sat-12 ta’ Jannar 2024 , il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida tekniċi rigward il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ tas-sustenzi tal-per- u l-polifloroalkil skont il-parametri PFAS totali u t-Total tal-PFAS, inkluż il-limiti ta’ detezzjoni, il-valuri parametriċi u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni. ,aqra: Sat-12 ta’ Jannar 2024 , il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida tekniċi rigward il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ tas-sustenzi tal-per- u l-polifloroalkil skont il-parametri PFAS Totali u s-Somma tal-PFAS, inkluż il-limiti ta’ detezzjoni, il-valuri parametriċi u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni..
3. Fil-paġna 32, fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1,minflok: 1.Sal-12 ta’ Jannar 2026 , l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jikkonforma mal-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I għal Bisfenol A, Klorat, Klorit, Aċidi Aloaċetiċi, Mikroċistina-LR, total ta’ PFAS, Somma ta’ PFASs u Uranju. ,aqra: 1.Sat-12 ta’ Jannar 2026 , l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jikkonforma mal-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I għal Bisfenol A, Klorat, Klorit, Aċidi Aloaċetiċi, Mikroċistina-LR, PFAS Totali, Somma tal-PFAS u Uranju..
4. Fil-paġna 38, fl-Anness I, il-parti B, fit-tabella Parametri kimiċi, taħt l-intestatura Parametru,minflok: PestiċidiTotal, aqra: Pestiċidi Totali.
5. Fil-paġna 38, fl-Anness I, il-parti B, fit-tabella Parametri kimiċi,minflok: aqra:
6. Fil-paġna 38, fl-Anness I, il-parti B, fit-tabella Parametri kimiċi,minflok: aqra:
7. Fil-paġna 53, fl-Anness III, il-parti B, il-punt 3,minflok: 3. Għadd ta’ PFAS Is-sustanzi rilevanti li ġejjin għandhom jiġu analizzati abbażi tal-linji gwida tekniċi żviluppati f’konformità mal-Artikolu 13(7): (…), aqra: 3. Somma tal-PFAS Is-sustanzi rilevanti li ġejjin għandhom jiġu analizzati abbażi tal-linji gwida tekniċi żviluppati f’konformità mal-Artikolu 13(7): (…).