Rettifika tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/CFSP tas-17 ta’ November 2003 fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll ta’ l-armi nukleari (f’pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi) għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 302, tal-20 ta' Novembru 2003) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Volum 2, p. 215)

Identifier:
32003E0805R(02)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/CFSP tas-17 ta’ November 2003 fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll ta’ l-armi nukleari (f’pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi) għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 302, tal-20 ta' Novembru 2003 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Volum 2, p. 215)

1. It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 215,minflok: Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/CFSP tas-17 ta’ November 2003 fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll ta’ l-armi nukleari (f’pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi) għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom, aqra: Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/CFSP tas-17 ta’ November 2003 dwar l-universalizzazzjoni u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll ta’ l-armi għad-distruzzjoni tal-massa u l-mezzi ta' twassil tagħhom;

2. fil-paġna 215, fil-premessa (1), fl-ewwel sentenza,minflok: (1) F’Tessaloniki, il-Kunsill Ewropew iddikjara li ż-żieda ta’l-armi nukleari għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom qegħdin ikunu ta' ...,aqra: (1) F’Tessaloniki, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-proliferazzjoni ta’ l-armi għad-distruzzjoni tal-massa u tal-mezzi ta' twassil tagħhom qed tkun ta’ ...;

3. fil-paġna 215, il-premessa (2),minflok: (2) Fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Priniċipi Bażiċi għal strateġija ta’ l-UE kontra it-tixrid ta’ l-armi nukleari għad-distruzzjoni tal-massa, l-UE u l-Istati Membri ddeċidew li jimbuttaw fuq pjan politiku l-fedeltà universali għall-istrumenti relatati ma’ l-armi għad-distruzzjoni talmassa u l-mod tat-trasport tagħhom.,aqra: (2) Fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Priniċipi Bażiċi għal strateġija ta’ l-UE kontra it-tixrid ta’ l-armi nukleari għad-distruzzjoni tal-massa, l-UE u l-Istati Membri tagħhom iddeċidew li jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu fil-livell politiku l-aderenza universali għall-istrumenti relattivi għall-armi għad-distruzzjoni tal-massa u għall-mezzi ta' twassil tagħhom..

Rettifika tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/CFSP tas-17 ta’ November 2003 fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll ta’ l-armi nukleari (f’pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi) għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 302, tal-20 ta' Novembru 2003) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Volum 2, p. 215) — LexHub