Rettifika tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014 tal-1 ta' Awwissu 2014 li jissupplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 321 tas-7 ta' Novembru 2014)

Identifier:
32014R1198R(01)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014 tal-1 ta' Awwissu 2014 li jissupplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 321 tas-7 ta' Novembru 2014 )

F'paġna 2, fit-Titolu tar-Regolament,minflok: Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014, aqra: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014;

F'paġna 2, il-Premessa numru tnejn,minflok: Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta Regolamenti delegati li jistabbilixxu r-regoli marbuta mad-dejta għad-determinazzjoni tad-dħul u l-analiżi kummerċjali ta' azjendi agrikoli. L-att delegat għandu jistabbilixxi b'mod partikolari regoli għall-iffissar tal-valuri ta' limitu li jiddelimitaw il-qasam tal- istħarriġ, għat-tfassil ta' pjanijiet għall-għażla ta' azjendi, għall-iffissar tal-perjodu ta' referenza għall-produzzjonijiet standard, għad-determinazzjoni tat-tipi ta' biedja ġenerali u prinċipali u għad-determinazzjoni tal-gruppi ewlenin tad-dejta dwar prospetti ta' biedja li għandha tinġabar, kif ukoll ir-regoli ġenerali li għandhom jiġu segwiti f'dan ir-rigward., aqra: Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta Regolamenti delegati li jistabbilixxu r-regoli marbuta mal-informazzjoni biex jiġi ddeterminat id-dħul u biex issir l-analiżi kummerċjali ta' azjendi agrikoli. L-att delegat għandu jistabbilixxi b'mod partikolari regoli għall-iffissar tal-valuri ta' limitu li jiddelimitaw il-qasam tal-istħarriġ, għat-tfassil ta' pjanijiet għall-għażla ta' azjendi, għall-iffissar tal-perjodu ta' referenza għall-produzzjonijiet standard, għad-determinazzjoni tat-tipi ta' biedja ġenerali u prinċipali u għad-determinazzjoni tal-gruppi ewlenin ta' informazzjoni dwar prospetti ta' biedja li għandha tinġabar, kif ukoll ir-regoli ġenerali li għandhom jiġu segwiti f'dan ir-rigward.;

F'paġna 2, fil-Premessa numru erbgħa,minflok: tan-netwerk tad-dejta tal-kontabiiltà agrikola., aqra: tan-netwerk ta' informazzjoni tal-kontabilità agrikola.;

F'paġna 2, fil-Premessa numru ħamsa, f'paġna 4, fl-Artikolu 4, fit-tieni paragrafu, fl-ewwel sentenza u f'paġna 6, fl-Anness II, fit-tielet, fir-raba', fis-sitt, fis-seba', fit-tmien, fid-disa' u fl-għaxar inċiż u fil-ħdax u fit-tnax-il inċiż u fit-tieni Titolu tal-Anness II,minflok dejta, aqra: informazzjoni;

F'paġna 3, fil-Premessa numru sebgħa, fl-ewwel sentenza u f'paġna 6, fit-tieni parti tal-Anness II, fil-punti (b), (c), (d) u (e),minflok: Id-dejta, aqra: L-informazzjoni;

F'paġna 3, fil-Premessa numru sebgħa, fit-tieni sentenza, f'paġna 4, fl-Artikolu 6 u f'paġna 6, fit-Titolu tal-Anness II,minflok: gruppi ewlenin tad-dejta tal-kontabilità, aqra: gruppi ewlenin ta' informazzjoni tal-kontabilità;

F'paġna 3, fil-Premessa numru tmienja, f'paġna 4, fl-Artikolu 7, fit-tieni paragrafu u fl-Artikolu 8, fit-tieni paragrafu,minflok: Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola, aqra: Netwerk ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola;

F'paġna 3, fl-Artikolu 1, fil-punt (e),minflok: metodi ta' ġbir tad-dejta tal-kontabilità, aqra: metodi ta' ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità.