Rettifika tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 264 tad-9 ta' Ottubru 2015)
- Identifier:
- 32015D1814R(02)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 264 tad-9 ta' Ottubru 2015 )
(1) It-titlu fil-Werrej u t-titlu fil-paġna 1,minflok: Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE, aqra: Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ skambju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE.
(2) Il-paġna 2, Premessa (7):minflok: Barra minn hekk, minbarra l-istabbiliment tar-riżerva, għandhom isiru xi emendi konsegwenzjali għad-Direttiva 2003/87/KE sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-funzjonament bla xkiel tal-EU ETS. B'mod partikolari, l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tista' twassal għal volumi kbar ta' kwoti li jiġu rkantati fi tmiem kull perjodu ta' negozjar li jistgħu jfixklu l-istabbiltà tas-suq. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni ta' suq ta' provvista ta' kwoti żbilanċjat fi tmiem wieħed mill-perjodi ta' negozjar u l-bidu ta' dak li jmiss b'effetti li jistgħu jfixklu s-suq, għandu jsir provvediment għall-irkantar tal-parti ta' kwalunkwe żieda kbira fil-provvista fi tmiem wieħed mill-perjodi ta' negozjar fl-ewwel sentejn tal-perjodu li jmiss., aqra: Barra minn hekk, minbarra l-istabbiliment tar-riżerva, għandhom isiru xi emendi konsegwenzjali għad-Direttiva 2003/87/KE sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-funzjonament bla xkiel tal-EU ETS. B'mod partikolari, l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tista' twassal għal volumi kbar ta' kwoti li jiġu rkantati fi tmiem kull perjodu ta' skambju li jistgħu jfixklu l-istabbiltà tas-suq. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni ta' suq ta' provvista ta' kwoti żbilanċjat fi tmiem wieħed mill-perjodi ta' skambju u l-bidu ta' dak li jmiss b'effetti li jistgħu jfixklu s-suq, għandu jsir provvediment għall-irkantar tal-parti ta' kwalunkwe żieda kbira fil-provvista fi tmiem wieħed mill-perjodi ta' skambju fl-ewwel sentejn tal-perjodu li jmiss....