Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 177 tat-8 ta’ Lulju 2015)

Identifier:
32015R1095R(05)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 177 tat-8 ta’ Lulju 2015 )

F’paġna 21, fl-Artikolu 1, fil-paragrafu 1, fit-tielet subparagrafu, il-punt (i):minflok: kabinetti tar-refriġerazzjoni rapida u kmamar tar-refriġerazzjoni rapida b’kapaċità superjuri għal 300 kg ta’ oġġetti tal-ikel;, aqra: kabinetti tar-refriġerazzjoni rapida u kmamar għar-refriġerazzjoni rapida b’kapaċità superjuri għal 300 kg ta’ oġġetti tal-ikel;.

F’paġna 22, fl-Artikolu 2, il-punt 1(c):minflok: kamra għar-refriġerazzjoni rapida tfisser daħla, li biebha u l-ispazju intern tagħha huma kbar biżżejjed biex bniedem ikun jista’ jimraħ fiha, li tkun maħsuba qabelxejn biex tkessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan għal emeperatura ta’ 10 °C fil-każ tat-tkessiħ u taħt – 18 °C fil-każ tal-iffriżar; aqra: kamra għar-refriġerazzjoni rapida tfisser spazju magħluq, li l-bieba u l-ispazju intern tiegħu jkunu kbar biżżejjed biex bniedem ikun jista’ jidħol fih, li jkun maħsub qabelxejn biex ikessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan sa temperatura inqas minn 10 °C fil-każ ta’ tkessiħ u inqas minn -18 °C fil-każ ta’ ffriżar.