Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 102 tat-13 ta' April 2017)

Identifier:
32017R0654R(03)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 102 tat-13 ta' April 2017 )

Fil-paġna 33, fl-Anness IV, fis-sottopunt 3.4, fil-paġna 70, fl-Anness VI, fis-sottopunt 5.1, fil-ħames paragrafu, fil-paġna 165, fl-Anness VI, fis-sottopunt 9.4.12, fit-titolu u fil-paġna 180, fl-Anness VI, fl-Appendiċi 4, fit-titolu u fil-punt 1,minflok: ammonja, aqra: ammonijaka;

Fil-paġna 154, fl-Anness VI, is-sottopunt 9.3.2.3.3,minflok: 9.3.2.3.3 Purifikaturi tal-ammonja Il-purifikaturi tal-ammonja jistgħu jintużaw għal kwalunkwe sistemi tal-kampjunar tal-gassijiet, jew kollha kemm huma, sabiex jiġu evitati l-interferenza tal-NH3, l-avvelenament tal-konvertitur ta' NO2 f'NO u d-depożiti fis-sistema tal-kampjunar jew fl-analizzaturi l-installazzjoni tal-purifikatur tal-ammonja għandha ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur., aqra: 9.3.2.3.3 Purifikaturi tal-ammonijaka Il-purifikaturi tal-ammonijaka jistgħu jintużaw għal kwalunkwe sistema tal-kampjunar tal-gassijiet, jew għal kollha kemm huma, sabiex jiġu evitati l-interferenza tal-NH3, l-avvelenament tal-konvertitur ta' NO2 f'NO u d-depożiti fis-sistema tal-kampjunar jew fl-analizzaturi. L-installazzjoni tal-purifikatur tal-ammonijaka għandha ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur..