Oikaisu komission asetukseen (EU) 2017/2400, annettu 12 päivänä joulukuuta 2017, Euroopan parlamentin ja neuvoston asetuksen (EY) N:o 595/2009 täytäntöönpanosta raskaiden hyötyajoneuvojen hiilidioksidipäästöjen ja polttoaineenkulutuksen määrittämisen osalta ja Euroopan parlamentin ja neuvoston direktiivin 2007/46/EY ja komission asetuksen (EU) N:o 582/2011 muuttamisesta (Euroopan unionin virallinen lehti L 349, 29. joulukuuta 2017)

Identifier:
32017R2400R(02)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 349 tad-29 ta' Diċembru 2017 )

F'paġna 84, fl-Anness V, fl-Appendiċi 4, fil-punt 5.4.:minflok: 5.4. Jekk jiġu applikati d-dispożizzjonijiet iddefiniti fil-punt 5.3 (b) ta' dan l-Appendiċi, il-magni sussegwenti magħżula għall-ittestjar tal-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil m'għandhomx ikunu soġġetti għall-proċedura ta' prova, iżda l-konsum speċifiku tal-fjuwil tagħhom tul id-WHSC iddeterminat fuq il-magna mmanifatturata ġdida b'ħin massimu ta' prova ta' 15-il siegħa b'konformità mal-punt 5.1 ta' dan l-Appendiċi għandu jiġi mmoltiplikat bil-koeffiċjent ta' evoluzzjoni.,aqra: 5.4. Jekk jiġu applikati d-dispożizzjonijiet iddefiniti fil-punt 5.3 (b) ta' dan l-Appendiċi, il-magni sussegwenti magħżula għall-ittestjar tal-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil m'għandhomx ikunu soġġetti għall-proċedura tar-running in, iżda l-konsum speċifiku tal-fjuwil tagħhom tul id-WHSC iddeterminat fuq il-magna mmanifatturata ġdida b'ħin massimu tar-running in ta' 15-il siegħa b'konformità mal-punt 5.1 ta' dan l-Appendiċi għandu jiġi mmoltiplikat bil-koeffiċjent ta' evoluzzjoni..

F'paġna 85, fl-Anness V, fl-Appendiċi 4, fil-punt 5.6.:minflok: 5.6. Minflok ma tintuża proċedura ta' prova b'konformità mal-punti 5.2 sa 5.5 ta' dan l-Appendiċi, jista' jintuża koeffiċjent ġeneriku ta' evoluzzjoni ta' 0.99 fuq it-talba tal-manifattur. F'dan il-każ, il-konsum speċifiku tal-fjuwil tul id-WHSC iddeterminat fuq il-magna mmanifatturata ġdida b'ħin massimu ta' prova ta' 15-il siegħa b'konformità mal-punt 5.1 ta' dan l-Appendiċi għandu jiġi mmoltiplikat bil-koeffiċjent ġeneriku ta' evoluzzjoni ta' 0.99.,aqra: 5.6. Minflok ma tintuża proċedura tar-running in b'konformità mal-punti 5.2 sa 5.5 ta' dan l-Appendiċi, jista' jintuża koeffiċjent ġeneriku ta' evoluzzjoni ta' 0.99 fuq it-talba tal-manifattur. F'dan il-każ, il-konsum speċifiku tal-fjuwil tul id-WHSC iddeterminat fuq il-magna mmanifatturata ġdida b'ħin massimu tar-running in ta' 15-il siegħa b'konformità mal-punt 5.1 ta' dan l-Appendiċi għandu jiġi mmoltiplikat bil-koeffiċjent ġeneriku ta' evoluzzjoni ta' 0.99..

F'paġna 103, fl-Anness VI, fil-punt 3.1.2.5.2., fis-sitt paragrafu, fis-sottopunt (1):minflok: (1) matul proċedura ta' prova sa massimu ta' 10 % tal-ħin ta' prova applikat,,aqra: (1) matul proċedura tar-running in sa massimu ta' 10 % tal-ħin tar-running in applikat.

F'paġna 123, fl-Anness VI, fil-punt 5.1.2.:minflok: 5.1.2. Prova Fuq talba tal-applikant, tista' tiġi applikata proċedura ta' prova fuq it-tardjatur. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw għal proċedura ta' prova., aqra: 5.1.2. Running in Fuq talba tal-applikant, tista' tiġi applikata proċedura tar-running in fuq it-tardjatur. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw għall-proċedura tar-running in..

F'paġna 123, fl-Anness VI, fil-punt 5.1.2.1.:minflok: 5.1.2.1. Jekk il-manifattur japplika proċedura ta' prova fuq it-tardjatur, il-ħin tal-prova għat-tardjatur m'għandux jaqbeż il-100 siegħa b'torque żero applikata fuq it-tardjatur. Jista' jkun inkluż b'mod fakultattiv sehem ta' massimu ta' 6 sigħat b'torque applikat fuq it-tardjatur.,aqra: 5.1.2.1. Jekk il-manifattur japplika proċedura tar-running in fuq it-tardjatur, il-ħin tar-running in għat-tardjatur m'għandux jaqbeż il-100 siegħa b'torque żero applikata fuq it-tardjatur. Jista' jkun inkluż b'mod fakultattiv sehem ta' massimu ta' 6 sigħat b'torque applikat fuq it-tardjatur..

F'paġna 170, fl-Anness VII, fil-punt 3.1:minflok: 3.1 Prova Fuq talba tal-applikant, tista' tiġi applikata proċedura ta' prova fuq il-fus. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw għal proċedura ta' prova., aqra: Running in Fuq talba tal-applikant, tista' tiġi applikata proċedura tar-running in fuq il-fus. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw għal proċedura tar-running in..

F'paġna 170, fl-Anness VII, fil-punt 3.1.1.:minflok: 3.1.1 Żejt tal-mili mill-fabbrika biss għandu jintuża għall-proċedura ta' prova. Iż-żejt użat għall-prova m'għandux jintuża għall-ittestjar deskritt fil-paragrafu 4.,aqra: 3.1.1 Żejt tal-mili mill-fabbrika biss għandu jintuża għall-proċedura tar-running in. Iż-żejt użat għar-running in m'għandux jintuża għall-ittestjar deskritt fil-paragrafu 4..

F'paġna 179, fl-Anness VII, fil-punt 6.2.5:minflok: 6.2.5 Jekk il-konformità tal-valutazzjoni tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil issir b'konformità ma' 6.1. c), it-torque tar-reżistenza tal-arja tal-fus referenzjarju tal-familja li għaliha jappartjeni l-fus ittestjat għandu jiġi ddeterminat matul iċ-ċertifikazzjoni. Dan jista' jsir qabel il-proċedura ta' prova jew wara l-proċedura ta' prova skont il-paragrafu 3.1 jew b'estrapolazzjoni lineari tal-valuri kollha tal-mappa tat-torque għal kull pass tal-veloċità 'l isfel lejn 0 Nm.,aqra: 6.2.5 Jekk il-konformità tal-valutazzjoni tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil issir b'konformità ma' 6.1. c), it-torque tar-reżistenza tal-arja tal-fus referenzjarju tal-familja li għaliha jappartjeni l-fus ittestjat għandu jiġi ddeterminat matul iċ-ċertifikazzjoni. Dan jista' jsir qabel il-proċedura tar-running in jew wara l-proċedura tar-running in skont il-paragrafu 3.1 jew b'estrapolazzjoni lineari tal-valuri kollha tal-mappa tat-torque għal kull pass tal-veloċità 'l isfel lejn 0 Nm..

F'paġna 24, fl-Anness III, fil-punt (3), it-tabelli 2, 3 u 4 għandhom jinqraw kif ġej:

F'paġna 84, fl-Anness V, fl-Appendiċi 4, fil-punti 5., 5.1., 5.3., 5.3.(b)A., f'paġna 85, fl-Anness V, fl-Appendiċi 4, fil-punt 5.5.(b), f'paġna 102, fl-Anness VI, fil-punti 3.1.2.3.4., 3.1.2.3.5., 3.1.2.3.6., 3.1.2.4.1., 3.1.2.4.5., 3.1.2.5.1., it-tielet paragrafu, f'paġna 109, fl-Anness VI, fil-punt 3.2.1.3., f'paġna 110, fl-Anness VI, fil-punt 3.3.2., f'paġna 170, fl-Anness VII, fil-punt 3, ir-raba' paragrafu, fil-punti 3.1.2., 3.1.3. u 3.1.4.:minflok: prova, aqra: running in.

F'paġna 101, fl-Anness VI, fil-punt 3.1.2.3.:minflok: 3.1.2.3. Prova Fuq talba tal-applikant, tista' tiġi applikata proċedura ta' prova fuq it-trażmissjoni. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw għal proċedura ta' prova., aqra: 3.1.2.3. Running In Fuq talba tal-applikant, tista' tiġi applikata proċedura tar-running in fuq it-trażmissjoni. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw għal proċedura tar-running in..

F'paġna 84, fl-Anness V, fl-Appendiċi 4, fil-punt 5.2.:minflok: 5.2. Fuq talba tal-manifattur, it-testijiet jistgħu jsiru fuq magni li jkunu ġew ippruvati għal mhux aktar minn 125 siegħa. F'dan il-każ, il-proċedura tal-ippruvar għandha titwettaq mill-manifattur, li m'għandux jagħmel aġġustamenti f'dawk il-magni.,aqra: 5.2. Fuq talba tal-manifattur, it-testijiet jistgħu jsiru fuq magni li jkunu wettqu running in ta' mhux aktar minn 125 siegħa. F'dan il-każ, il-proċedura tar-running in għandha titwettaq mill-manifattur, li m'għandux jagħmel aġġustamenti f'dawk il-magni..

F'paġna 91, fl-Anness V, fl-Appendiċi 7, fil-punt (3), it-tabelli 1, 2 u 3 għandhom jinqraw kif ġej:

F'paġna 102, fl-Anness VI, fil-punt 3.1.2.5.2., fil-ħames paragrafu:minflok: il-prova, aqra: ir-running-in.

F'paġna 103, fl-Anness VI, fil-punt 3.1.2.5.3., fil-paragrafu waħdieni:minflok: għall-prova, aqra: għar-running-in.

F'paġna 107, fl-Anness VI, fil-punt 3.1.8.(3) fir-ringiela ipara , fit-tieni paragrafu u f'paġna 115, fil-punt 3.3.9, fir-ringiela ipara , fit-tieni paragrafu, f'paġna 171, fl-Anness VII, fil-punt 4.2.3, fit-tielet paragrafu, fl-ewwel sentenza:minflok: xaft cardano, aqra: cardan shaft.

F'paġna 166, fl-Anness VI, fl-Appendiċi 12, fil-punt (3), it-tabelli 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8 u 9 għandhom jinqraw kif ġej:

F'paġna 177, fl-Anness VII, fil-punti 6.1 b) u c):minflok: b) Il-kejl tat-telf tat-torque skont dan l-Anness billli tiġi segwuta l-proċedura sħiħa limitata għall-punti ta' grilja deskritti f'6.2, b'eċċezzjoni tal-proċedura ta' prova. Biex tiġi kkunsidrata l-karatteristika tal-prova ta' fus, jista' jiġi applikat koeffiċjent ta' korrezzjoni. Dan il-fattur għandu jiġi ddeterminat skont ġudizzju inġiniriku tajjeb u bil-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni.(c) Kejl tar-reżistenza tal-arja skont il-paragrafu 6.3. Il-manifattur għandu jagħżel proċedura ta' prova skont ġudizzju inġiniriku tajjeb sa 100 siegħa.,aqra: b) Il-kejl tat-telf tat-torque skont dan l-Anness billi tiġi segwuta l-proċedura sħiħa limitata għall-punti ta' grilja deskritti f'6.2, b'eċċezzjoni tal-proċedura tar-running in. Biex tiġi kkunsidrata l-karatteristika tar-running in ta' fus, jista' jiġi applikat koeffiċjent ta' korrezzjoni. Dan il-fattur għandu jiġi ddeterminat skont ġudizzju inġiniriku tajjeb u bil-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni.(c) Kejl tar-reżistenza tal-arja skont il-paragrafu 6.3. Il-manifattur għandu jagħżel proċedura tar-running in skont ġudizzju inġiniriku tajjeb sa 100 siegħa..

F'paġna 180, fl-Anness VII, fil-punt 6.4.1, fit-Tabella 2, fl-ewwel ringiela tal-intestatura:minflok: aqra:

F'paġna 191, fl-Anness VII, fl-Appendiċi 6, fil-punt (3), it-tabelli 1 u 2 għandhom jinqraw kif ġej:

F'paġna 197, fl-Anness VIII, fil-punt 3.4.3., fit-tieni paragrafu, fl-ewwel sentenza:minflok: tax-xaft Cardano, aqra: tal-cardan shaft.

F'paġna 205, fl-Anness VIII, fil-punt 3.9., fit-tabella 5, fir-ringiela numru disa':minflok: aqra:

F'paġna 219, fl-Anness VIII, fl-Appendiċi 4, fit-tabella 15, fir-ringiela numru tlettax:minflok: vettura mingħajr okkupanti, aqra: vettura mingħajr tagħbija.

F'paġna 245, fl-Anness X, fl-Appendiċi 3, it-tabella 1 għandha tinqara kif ġej: