Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1560 tas-16 ta’ Settembru 2019 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 239 tas-17 ta’ Settembru 2019)

Identifier:
32019D1560R(01)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1560 tas-16 ta’ Settembru 2019 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 239 tas-17 ta’ Settembru 2019 )

Fil-paġna 16, il-premessa (3),minflok: (3) Fl-24 ta’ Diċembru 2014 daħal fis-seħħ it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA) li jirregola l-kummerċ internazzjonali f’armi konvenzjonali. L-Istati Membri kollha huma Stati Parti għat-TKA. It-TKA għandu l-għan li jistabbilixxi l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli għar-regolamentazzjoni jew it-titjib tal-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali u għall-prevenzjoni u l-qerda tal-kummerċ illeċitu tal-armi konvenzjonali u l-prevenzjoni tad-devjazzjoni tagħhom., aqra: (3) Fl-24 ta’ Diċembru 2014 daħal fis-seħħ it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA) li jirregola l-kummerċ internazzjonali f’armi konvenzjonali. L-Istati Membri kollha huma Stati Parti għat-TKA. It-TKA għandu l-għan li jistabbilixxi l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli għar-regolamentazzjoni jew li jtejjeb ir-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali u għall-prevenzjoni u l-qerda tal-kummerċ illeċitu tal-armi konvenzjonali u l-prevenzjoni tad-devjazzjoni tagħhom.;

Fil-paġna 17, Artikolu 1, paragrafu 2, is-subparagrafu (a),minflok: (a) l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: 1. L-Ewwel Kriterju: Rispett għall-obbligi u l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri, b’mod partikolari s-sanzjonijiet adottati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew l-Unjoni Ewropea, ftehim dwar nonproliferazzjoni u suġġetti oħra, kif ukoll obbligi u impenji internazzjonali oħra.; aqra: (a) l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: 1. L-Ewwel Kriterju: Rispett għall-obbligi u l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri, b’mod partikolari s-sanzjonijiet adottati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew l-Unjoni Ewropea, ftehimiet dwar nonproliferazzjoni u suġġetti oħra, kif ukoll obbligi u impenji internazzjonali oħra..