Rettifika tal-Emendi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 111 tal-25 ta’ April 2019)

Identifier:
32019Q0425(01)R(01)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tal-Emendi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 111 tal-25 ta’ April 2019 )

Fil-paġna 73, l-Artikolu 1, l-Artikolu 170a(1) il-ġdid,minflok: Fis-sitwazzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tieni paragrafi tal-Artikolu 58a tal-Istatut, l-appellant għandu jannetti, mar-rikors tal-appell tiegħu, talba għall-ammissjoni tal-appell li fiha jesponi l-kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza u għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni mqajma mill-appell u li tinkludi l-elementi kollha meħtieġa sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi dwar din it-talba. Fl-assenza ta’ tali talba, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiddikjara l-appell inammissibbli., aqra: Fis-sitwazzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tieni paragrafi tal-Artikolu 58a tal-Istatut, l-appellant għandu jannetti, mar-rikors tal-appell tiegħu, talba għall-ammissjoni tal-appell li fiha jesponi l-kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni mqajma mill-appell u li tinkludi l-elementi kollha meħtieġa sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi dwar din it-talba. Fl-assenza ta’ tali talba, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiddikjara l-appell inammissibbli..