Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2284 tas-10 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rappurtar superviżorju u d-divulgazzjonijiet tad-ditti tal-investiment (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 458 tat-22 ta’ Diċembru 2021)
- Identifier:
- 32021R2284R(01)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2284 tas-10 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rappurtar superviżorju u d-divulgazzjonijiet tad-ditti tal-investiment (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 458 tat-22 ta’ Diċembru 2021 )
Fil-qoxra u fil-paġna 48, it-titolu tar-Regolament,minflok: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2284 tas-10 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rappurtar superviżorju u d-divulgazzjonijiet tad-ditti tal-investiment, aqra: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2284 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rappurtar superviżorju u d-divulgazzjonijiet tad-ditti tal-investiment.
Fil-paġna 51, fl-Artikolu 8, fil-paragrafu (1), fil-punt (b), il-punt (iii),minflok: (iii) punti tad-data bit-tip ta’ data Numru Sħiħ għandhom jiġu rrapportati billi ma jintużawx deċimali u bi preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet.,aqra: (iii) punti tad-data bit-tip ta’ data Integer għandhom jiġu rrapportati bla deċimali u bi preċiżjoni ekwivalenti għal unità..
Fil-paġna 52, fl-Artikolu 11, fil-paragrafu (1), il-punt (a),minflok: (a) id-data monetarja kwantitattiva għandha tiġi divulgata bl-użu ta’ preċiżjoni minima ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet;,aqra: (a) id-data monetarja kwantitattiva għandha tiġi divulgata bl-użu ta’ preċiżjoni minima ekwivalenti għal eluf tal-unità;.