Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 20 tal-31 ta’ Jannar 2022)
- Identifier:
- 32022R0127R(01)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 20 tal-31 ta’ Jannar 2022 )
F’paġna 96, fil-premessa 6, fit-tielet sentenza,minflok: pagament ta’ avvanz, aqra: pagament bil-quddiem;
F’paġna 102, fl-Artikolu 6, fl-ewwel sentenza; f’paġna 114, fl-Artikolu 36, fit-tieni paragrafu, fil-punt (a); u f’paġna 120, fl-Anness I, fil-parti 2„fit-taqsima E, fit-titolu, u fit-taqsima G, fl-uniku paragrafu,minflok: avvanzi, aqra: pagamenti bil-quddiem;
F’paġna 112, fit-titolu tat-Taqsima 4,minflok: pagamenti ta’ avvanzi , aqra: pagamenti bil-quddiem ;
F’paġna 112, fl-Artikolu 28, fil-punt 1(a); u f’paġna 114, fl-Artikolu 36, fit-tieni paragrafu, fil-punt (a),minflok: avvanz, aqra: pagament bil-quddiem;
F’paġna 114, l-Artikolu 35,minflok: Pagamenti ta’ avvanzi Għall-avvanzi, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-avveniment operattiv applikabbli għall-prezz jew għall-ammont li għalih huwa relatat l-avvanz, fejn dan l-avveniment ikun seħħ saż-żmien meta jitħallas l-avvanz, jew, f’każijiet oħra, id-data tal-iffissar f’euro tal-avvanz jew, fin-nuqqas ta’ dan, id-data tal-pagament tal-avvanz. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jiġi applikat għall-avvanzi mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni għall-prezz jew l-ammont kollu inkwistjoni tal-avveniment operattiv għal dak il-prezz jew l-ammont., aqra: Pagamenti bil-quddiem Għall-pagamenti bil-quddiem, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-avveniment operattiv applikabbli għall-prezz jew għall-ammont li għalih huwa relatat il-pagament bil-quddiem, fejn dak l-avveniment ikun seħħ saż-żmien meta jitħallas il-pagament bil-quddiem, jew, f’każijiet oħra, sad-data tal-iffissar f’euro tal-pagament bil-quddiem jew, fin-nuqqas ta’ dak, sad-data tal-pagament bil-quddiem. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jiġi applikat għall-pagamenti bil-quddiem mingħajr preġudizzju li jiġi applikat għall-prezz jew għall-ammont kollu kkonċernat tal-avveniment operattiv għal dak il-prezz jew ammont.;
F’paġna 117, fl-Anness I, fil-parti 1, fit-taqsima A, fl-ewwel paragrafu, fil-punt (iii), fit-tieni sentenza; f’paġna 120, fl-Anness I, fil-parti 2, fit-taqsima E, fil-punt (iii),minflok: l-avvanzi, aqra: il-pagamenti bil-quddiem;
F’paġna 120, fl-Anness I, fil-parti 2, fit-taqsima E, fil-punt (i),minflok: pagamenti tal-avvanzi, aqra: pagamenti bil-quddiem.