Rettifika tar-Regolament (UE) 2022/2400 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 317, tad-9 ta’ Diċembru 2022)

Identifier:
32022R2400R(04)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tar-Regolament (UE) 2022/2400 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 317, tad-9 ta’ Diċembru 2022 )

Fil-paġna 26, l-Artikolu 1, il-paragrafu (1) li jżid Artikolu 21a ġdid fir-Regolament (UE) 2019/1021: minflok: (1) jiddaħħal l-Artikolu li ġej:Artikolu 21aDispożizzjoni tranżizzjonali 1.Valur ta’ 10 μg/kg għandu japplika għall-irmied li jtir minn unitajiet tal-bijomassa għall-produzzjoni tas-sħana u l-enerġija li fihom jew li huma kkontaminati minn dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs) kif elenkat fl-Anness IV sat-30 ta’ Diċembru 2023 . Il-valur ta’ 5 μg/kg previst fl-Anness IV għandu japplika għall-irmied li jtir minn unitajiet tal-bijomassa għall-produzzjoni tas-sħana u l-enerġija mill-31 ta’ Diċembru 2023 . 2.Valur ta’ 15 μg/kg għandu jibqa’ japplika għall-irmied u n-nugrufun minn djar privati li jkun fih jew li jkun ikkontaminat minn dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF), kif elenkat fl-Anness IV sal-31 ta’ Diċembru 2024 . Għall-irmied u n-nugrufun minn djar privati li jkun fih jew li jkun ikkontaminat minn dibenżo-p-diossini poliklorinati u dibenżofurani (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs), il-valur ta’ 5 μg/kg previst fl-Anness IV għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025 . ;aqra: (1) jiddaħħal l-Artikolu li ġej:Artikolu 21aDispożizzjoni tranżizzjonali 1.Valur ta’ 10 μg/kg għandu japplika għall-irmied li jtir minn unitajiet tal-bijomassa għall-produzzjoni tas-sħana u l-enerġija li fihom jew li huma kkontaminati minn dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs) kif elenkat fl-Anness IV sat-30 ta’ Diċembru 2023 . Il-valur ta’ 5 μg/kg previst fl-Anness IV għandu japplika għall-irmied li jtir minn unitajiet tal-bijomassa għall-produzzjoni tas-sħana u l-enerġija mill-31 ta’ Diċembru 2023 . 2.Valur ta’ 15 μg/kg għandu jibqa’ japplika għall-irmied u n-nugrufun minn djar privati li jkun fih jew li jkun ikkontaminat minn dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF), kif elenkat fl-Anness IV sal-31 ta’ Diċembru 2024 . Għall-irmied u n-nugrufun minn djar privati li jkun fih jew li jkun ikkontaminat minn dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs), il-valur ta’ 5 μg/kg previst fl-Anness IV għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025 ..