Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1974 tat-18 ta’ Settembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar ta’ żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 235 tal-25 ta’ Settembru 2023)

Identifier:
32023D1974R(01)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1974 tat-18 ta’ Settembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar ta’ żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 235 tal-25 ta’ Settembru 2023 )

1. Fil-Werrej u fil-paġna 1, it-titlu:minflok: Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1974 tat-18 ta’ Settembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar ta’ żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali, aqra: Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1974 tat-18 ta’ Settembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar fuq il-konservazzjoni u fuq l-użu sostenibbli tal-bijodiversità marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali.

2. Fil-paġna 1, il-premessa 2:minflok: (2) Fir-riżoluzzjoni 72/249 tagħha tal-24 ta’ Diċembru 2017 , l-Assemblea Ġenerali tan-NU ddeċidiet li tlaqqa’ konferenza intergovernattiva, taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, biex telabora t-test ta’ strument internazzjonali legalment vinkolanti taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar ta’ żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali.,aqra: (2) Fir-riżoluzzjoni 72/249 tagħha tal-24 ta’ Diċembru 2017 , l-Assemblea Ġenerali tan-NU ddeċidiet li tlaqqa’ konferenza intergovernattiva, taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, biex telabora t-test ta’ strument internazzjonali legalment vinkolanti fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar fuq il-konservazzjoni u fuq l-użu sostenibbli tal-bijodiversità marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali..

3. Fil-paġna 1, il-Premessa 3:minflok: (3) Fid-19 ta’ Marzu 2018 , il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f’isem l-Unjoni, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni u li fir-rigward tagħhom l-Unjoni adottat regoli, strument internazzjonali legalment vinkolanti taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar ta’ żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali.,aqra: (3) Fid-19 ta’ Marzu 2018 , il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f’isem l-Unjoni, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni u li fir-rigward tagħhom l-Unjoni adottat regoli, strument internazzjonali legalment vinkolanti fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar fuq il-konservazzjoni u fuq l-użu sostenibbli tal-bijodiversità marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali..

4. Fil-premessa 5, il-paġna 1:minflok: (5) In-negozjati tlestew b’suċċess, fil-ħames sessjoni li tkompliet tal-konferenza intergovernattiva li saret fi New York mid-19 sal-20 ta’ Ġunju 2023 fejn ġie adottat il-Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar ta’ żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (il-Ftehim BBNJ),aqra: (5) In-negozjati tlestew b’suċċess, fil-ħames sessjoni li tkompliet tal-konferenza intergovernattiva li saret fi New York mid-19 sal-20 ta’ Ġunju 2023 fejn ġie adottat il-Ftehim fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar fuq il-konservazzjoni u fuq l-użu sostenibbli tal-bijodiversità marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (il-Ftehim BBNJ).

5. Fil-paġna 3, l-Artikolu 1:minflok: L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar ta’ żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (il-Ftehim) huwa b’dan approvat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (2 ). (2 ) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.,aqra: L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar fuq il-konservazzjoni u fuq l-użu sostenibbli tal-bijodiversità marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (il-Ftehim) huwa b’dan approvat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (2 ). (2 ) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu..

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1974 tat-18 ta’ Settembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar ta’ żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 235 tal-25 ta’ Settembru 2023) — LexHub