Rettifika tar-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 130 tas-16 ta' Mejju 2023)
- Identifier:
- 32023R0955R(01)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 130 tas-16 ta' Mejju 2023 )
Fil-paġna 12, l-Artikolu 4, il-punt 3, minflok: Il-Pjan jista’ jinkludi miżuri nazzjonali li jipprovdu appoġġ dirett għall-introjtu temporanju lil unitajiet domestiċi vulnerabbli u unitajiet domestiċi vulnerabbli biex jitnaqqas l-impatt taż-żieda fil-prezz tal-fjuwils fossili li tirriżulta mill-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, aqra: Il-Pjan jista’ jinkludi miżuri nazzjonali li jipprovdu appoġġ dirett għall-introjtu temporanju lil unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli biex jitnaqqas l-impatt taż-żieda fil-prezz tal-fjuwils fossili li tirriżulta mill-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.