Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1606 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/33 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid u dwar il-preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji għall-prodotti tad-dwieli u regoli speċifiċi għall-indikazzjoni u għad-denominazzjoni ta’ ingredjenti għall-prodotti tad-dwieli, u r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti tal-inbid importati (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 198 tat-8 ta’ Awwissu 2023)
- Identifier:
- 32023R1606R(05)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1606 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/33 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid u dwar il-preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji għall-prodotti tad-dwieli u regoli speċifiċi għall-indikazzjoni u għad-denominazzjoni ta’ ingredjenti għall-prodotti tad-dwieli, u r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti tal-inbid importati (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 198 tat-8 ta’ Awwissu 2023 )
Fil-paġna 9, fil-premessa 16, fl-ewwel sentenza, u fil-premessa 18, fl-ewwel sentenza,minflok: frizzanti, aqra: spumanti.
Fil-paġna 10, fl-Artikolu 1, fil-punt (1), fl-emendi tal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, il-paragrafu 2,minflok: 2. B’deroga mill-Artikolu 93(1), il-punt (a)(iv), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u bil-kundizzjoni li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tipprovdi hekk, prodott jista’ jsir inbid frizzanti jew inbid semifrizzanti b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta li ma hijiex qrib ħafna taż-żona demarkata inkwistjoni jekk din il-prattika kienet tintuża qabel l-1 ta’ Marzu 1986 .,aqra: 2. B’deroga mill-Artikolu 93(1), il-punt (a)(iv), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u bil-kundizzjoni li jiġi provdut fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, prodott jista’ jsir inbid spumanti jew inbid semispumanti b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta li mhijiex qrib ħafna taż-żona demarkata inkwistjoni jekk din il-prattika kienet tintuża qabel l-1 ta’ Marzu 1986 ..
Fil-paġna 11, l-Artikolu 1, fil-punt (16), fl-emendi tal-Artikolu 57(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33,minflok: B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-produtturi tal-inbid frizzanti, tal-inbid frizzanti ta’ kwalità u tal-inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità jistgħu jiddeċiedu li ma jiksux l-irbit bil-fojl., aqra: B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-produtturi tal-inbid spumanti, tal-inbid spumanti ta’ kwalità u tal-inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità jistgħu jiddeċiedu li ma jiksux l-irbit bil-fojl..