Rettifika tar-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 238 tas-27 ta' Settembru 2023)

Identifier:
32023R2053R(01)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tar-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 238 tas-27 ta' Settembru 2023 )

1. It-termini jingħadd mal-kwota u jingħaddu mal-kwota għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu jinqatgħu mill-kwota fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa.

2. It-terminu magħduda għall-ilħuq tal-kwota individwali tiegħu għandu jiġi sostitwit bit-terminu jinqatgħu mill-kwota individwali tiegħu.

3. It-terminu magħduda għall-ilħuq tal-kwoti individwali tagħhom għandu jiġi sostitwit bit-terminu jinqatgħu mill-kwoti individwali tagħhom.