Rettifika tar-Regolament (UE) 2023/2842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 u (KE) Nru 1005/2008 u Regolamenti (UE) 2016/1139, (UE) 2017/2403 u (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 2842 tal-20 ta’ Diċembru 2023)

Identifier:
32023R2842R(02)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tar-Regolament (UE) 2023/2842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 u (KE) Nru 1005/2008 u Regolamenti (UE) 2016/1139, (UE) 2017/2403 u (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 2842 tal-20 ta’ Diċembru 2023)

1. Fil-paġna 5, il-Premessa 34, l-ewwel tliet sentenzi,minflok: (34) Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-marġni ta’ tolleranza fl-istimi fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tal-kwantitajiet ta’ ħut miżmuma abbord jiġu emendati biex jiġu indirizzati l-isfidi biex tingħata stima preċiża tal-qabdiet skont l-ispeċi għal kwantitajiet iżgħar ta’ qabdiet, u għal ħatt l-art mhux imqassam minn sajd ta’ ħut pelaġiku żgħir, sajd industrijali u sajd għat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża. L-istess emendi jenħtieġ li jsiru għad-dispożizzjonijiet dwar il-marġni ta’ tolleranza fid-dikjarazzjoni tat-trażbord. Fir-rigward tad-derogi mogħtija għal ħatt l-art mhux imqassam minn sajd ta’ ħut pelaġiku żgħir, sajd industrijali u sajd għat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tipprovdi aktar dettalji dwar kundizzjonijiet uniformi relatati ma’ ħatt l-art u l-użin ta’ prodotti tas-sajd fil-portijiet elenkati, bħall-involviment ta’ partijiet terzi indipendenti u akkreditati li jistgħu jiggarantixxu l-preċiżjoni tar-rappurtar tal-qabdiet ma’ ħatt l-art jew rekwiżiti għall-operazzjonijiet ta’ kampjunar u ta’ użin.,aqra: (34) Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-marġni ta’ tolleranza fl-istimi fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tal-kwantitajiet ta’ ħut miżmuma abbord jiġu emendati biex jiġu indirizzati l-isfidi biex tingħata stima preċiża tal-qabdiet skont l-ispeċi għal kwantitajiet iżgħar ta’ qabdiet, u għal żbarki ta’ qabdiet mhux magħżula minn sajd ta’ ħut pelaġiku żgħir, sajd industrijali u sajd għat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża. L-istess emendi jenħtieġ li jsiru għad-dispożizzjonijiet dwar il-marġni ta’ tolleranza fid-dikjarazzjoni tat-trażbord. Fir-rigward tad-derogi mogħtija għal żbarki ta’ qabdiet mhux magħżula minn sajd ta’ ħut pelaġiku żgħir, sajd industrijali u sajd għat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tipprovdi aktar dettalji dwar kundizzjonijiet uniformi relatati mal-iżbark u l-użin ta’ prodotti tas-sajd fil-portijiet elenkati, bħall-involviment ta’ partijiet terzi indipendenti u akkreditati li jistgħu jiggarantixxu l-preċiżjoni tar-rappurtar tal-qabdiet ma’ żbarki jew rekwiżiti għall-operazzjonijiet ta’ kampjunar u ta’ użin..

2. Fil-paġna 27, l-Artikolu 1, il-punt 11, il-punt 4,minflok: 4.Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ sajd imsemmija fl-Artikolu 15(1), il-punt (a), l-ewwel u t-tielet inċiż, tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal speċijiet li jinħattu l-art mingħajr ma jkunu tqassmu, u fil-każ ta’ qabdiet fis-sajd tat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża għal speċijiet li jinħattu l-art mingħajr ma jkunu tqassmu, għandhom japplikaw il-marġnijiet ta’ tolleranza li ġejjin: ,aqra: 4.Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ sajd imsemmija fl-Artikolu 15(1), il-punt (a), l-ewwel u t-tielet inċiż, tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal speċijiet li jiġu żbarkati mingħajr ma jkunu magħżula, u fil-każ ta’ qabdiet fis-sajd tat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża għal speċijiet li jiġu żbarkati mingħajr ma jkunu magħżula, għandhom japplikaw il-marġnijiet ta’ tolleranza li ġejjin:.

3. Fil-paġna 98, l-Anness IV, taħt il-kolonna Kriterji, il-punt (b),minflok: (b) minkejja l-kriterju taħt il-punt (a), sal-10 ta’ Jannar 2028 , għall-ispeċijiet maqbuda fis-sajd għat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża li jinħattu l-art mhux imqassma u li jirrappreżentaw 2 % jew aktar tal-piż tal-ispeċijiet kollha li jinħattu l-art u li għalihom ma japplikax l-Artikolu 14(4), il-punt (a): meta d-differenza bejn l-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd u l-kwantitajiet li jinħattu l-art jew li jirriżultaw minn spezzjoni tkun ta’ 25 % jew aktar għal kull speċi;,aqra: (b) minkejja l-kriterju taħt il-punt (a), sal-10 ta’ Jannar 2028 , għall-ispeċijiet maqbuda fis-sajd għat-tonn tropikali bit-tartarun tal-borża li jiġu żbarkati mhux magħżula u li jirrappreżentaw 2 % jew aktar tal-piż tal-ispeċijiet kollha li jiġu żbarkati u li għalihom ma japplikax l-Artikolu 14(4), il-punt (a): meta d-differenza bejn l-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd u l-kwantitajiet li jiġu żbarkati jew li jirriżultaw minn spezzjoni tkun ta’ 25 % jew aktar għal kull speċi;.

4. It-terminu ħatt l-art għandu jiġi sostitwit bi żbark fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa.

Rettifika tar-Regolament (UE) 2023/2842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 u (KE) Nru 1005/2008 u Regolamenti (UE) 2016/1139, (UE) 2017/2403 u (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 2842 tal-20 ta’ Diċembru 2023) — LexHub