Rettifika tar-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/1183, it-30 ta’ April 2024)
- Identifier:
- 32024R1183R(05)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/1183, it-30 ta’ April 2024)
Fil-paġna 38, l-Artikolu 1, il-punt emendatorju (43)(c), l-ewwel paragrafu, minflok: 2a.Il-fornituri ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja reġistrati jistgħu jaqblu dwar l-interoperabbiltà bejn is-servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja reġistrati li jipprovdu. Dan il-qafas tal-interoperabbiltà għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u tali konformità għandha tiġi kkonfermata minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità. ,aqra: 2a.Il-fornituri ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrata jistgħu jaqblu dwar l-interoperabbiltà bejn is-servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrata li jipprovdu. Dan il-qafas tal-interoperabbiltà għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u tali konformità għandha tiġi kkonfermata minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità..