Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2721 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel importazzjonijiet ta’ żraben tat-track tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/2721, il-25 ta’ Ottubru 2024)
- Identifier:
- 32024R2721R(01)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2721 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel importazzjonijiet ta’ żraben tat-track tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/2721, il-25 ta’ Ottubru 2024 )
Fil-paġna 2, fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu,minflok: 1.L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ żraben tal-azzar, b’kuxxinetti tal-lastiku mwaħħla magħhom jew mingħajrhom, kemm jekk immuntati f’katina ta’ ċineg kif ukoll jekk le, b’tul massimu ta’ 3000 mm, użati fuq magni li bħalissa jaqgħu taħt l-intestaturi 8426, 8429 jew 8430, jew conveyor belts li bħalissa jaqgħu taħt l-intestatura 8428, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex84314920, ex84313900, u ex84314980 (il-kodiċijiet TARIC 8431492010, 8431390020 u 8431498010), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina., aqra: 1.L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti tipi ta’ elementi tal-irfis tal-azzar, b’kuxxinetti tal-lastiku mwaħħla magħhom jew mingħajrhom, kemm jekk immuntati f’katina forma ta’ ċinga kif ukoll jekk le, b’tul massimu ta’ 3000 mm, użati fuq magni li bħalissa jaqgħu taħt l-intestaturi 8426, 8429 jew 8430, jew conveyor belts li bħalissa jaqgħu taħt l-intestatura 8428, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex84314920, ex84313900, u ex84314980 (il-kodiċijiet TARIC 8431492010, 8431390020 u 8431498010), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina..
Fil-paġna 1, fit-titolu; fil-premessa 1 u fil-premessa 2,minflok: żraben tat-track, aqra: elementi tal-irfis taċ-ċineg.
Fil-paġna 1, il-premessa 3,minflok: (3) Il-prodott soġġett għar-reġistrazzjoni (‘il-prodott ikkonċernat’) huwa ċerti tipi ta’ żraben tal-azzar, bil-pads tal-lastku mwaħħla magħhom jew mingħajrhom, kemm jekk immuntati f’katina ta’ ċineg, b’tul massimu ta’ 3000 mm, użati fuq magni li bħalissa jaqgħu taħt l-intestaturi 8426, 8429 jew 8430, jew ċineg trasportaturi li bħalissa jaqgħu taħt l-intestatura 8428.,aqra: (3) Il-prodott soġġett għar-reġistrazzjoni (‘il-prodott ikkonċernat’) huwa ċerti tipi ta’ elementi tal-irfis tal-azzar, bil-pads tal-lastku mwaħħla magħhom jew mingħajrhom, kemm jekk immuntati f’katina forma ta’ ċinga, b’tul massimu ta’ 3000 mm, użati fuq magni li bħalissa jaqgħu taħt l-intestaturi 8426, 8429 jew 8430, jew ċineg trasportaturi li bħalissa jaqgħu taħt l-intestatura 8428..