Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/28 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall- protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, Indikazzjonijiet Ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2025/28, il-15 ta’ Jannar 2025)

Identifier:
32025R0028R(01)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/28 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall- protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, Indikazzjonijiet Ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2025/28, il-15 ta’ Jannar 2025 )

Fil-paġna 2, fl-Artikolu 1, fil-punt (1), fl-emendi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, it-titolu,minflok: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.;, aqra: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni u t-tikkettar tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, il-modifika u t-tħassir tat-termini tradizzjonali kif ukoll it-tikkettar u l-preżentazzjoni fis-settur tal-inbid;.