Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 201 tas-27 ta' Lulju 2012)

Označení:
32012R0648R(07)
Stav:
effective
Jazyk textu:
mt

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 201 tas-27 ta' Lulju 2012 )

F'paġna 14, l-Artikolu 2(1),minflok: (1) kontroparti ċentrali tfisser persuni ġuridika li tqiegħed lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f'suq finanzjarju wieħed jew iktar, li ssir ix-xerrejja għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħa għal kull xerrej;,aqra: (1) kontroparti ċentrali (CCP) tfisser persuna ġuridika li tqiegħed lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f'suq finanzjarju wieħed jew iktar, li ssir ix-xerrejja għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħa għal kull xerrej;.

F'paġna 14, l-Artikolu 1(1),minflok: 1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ikklerjar u tal-immaniġġjar bilaterali tar-riskju għall-kuntratti tad-derivati negozjati barra l-Borża (OTC), ir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-kuntratti tad-derivati u rekwiżiti uniformi għat-twettiq ta' attivitajiet ta' kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet., aqra: 1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ikklerjar u tal-immaniġġjar bilaterali tar-riskju għall-kuntratti tad-derivati negozjati barra l-Borża (OTC), ir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-kuntratti tad-derivati u rekwiżiti uniformi għat-twettiq ta' attivitajiet ta' kontropartijiet ċentrali (CCPs) u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.;