Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/3085 tat-30 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/934 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-prattiki enoloġiċi awtorizzati (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/3085, id-9 ta’ Diċembru 2024)
- Označení:
- 32024R3085R(02)
- Stav:
- effective
- Jazyk textu:
- mt
Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/3085 tat-30 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/934 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-prattiki enoloġiċi awtorizzati (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2024/3085, id-9 ta’ Diċembru 2024 )
Fil-paġna 14, fl-Anness I, il-punt (1)(a), fl-emendi tal-Parti A, it-Tabella 2, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934, ir-ringieli 4.2 u 4.3, il-kolonna 7, it-tieni sentenza,minflok: Limitu massimu ta’ 1 g/l (espress fi mluħa) (5 ) jew ta’ 0,3 g/l għat-tieni fermentazzjoni tal-inbejjed frizzanti., aqra: Limitu massimu ta’ 1 g/l (espress fi mluħa) (5 ) jew ta’ 0,3 g/l għat-tieni fermentazzjoni tal-inbejjed spumanti..
Fil-paġna 17, fl-Anness I, il-punt (1)(a), fl-emendi tal-Parti A, it-Tabella 2, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934, ir-ringiela 5.17, il-kolonna 7,minflok: Fil-produzzjoni tal-kategoriji kollha tal-inbejjed frizzanti u semi-frizzanti miksuba mill-fermentazzjoni fil-fliexken u bil-karfa sseparata permezz tat-tiswib., aqra: Fil-produzzjoni tal-kategoriji kollha tal-inbejjed spumanti u semispumanti miksuba mill-fermentazzjoni fil-fliexken u bil-karfa sseparata permezz tat-tiswib..
Fil-paġna 17, fl-Anness I, il-punt (1)(a), fl-emendi tal-Parti A, it-Tabella 2, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934, ir-ringiela 5.18, il-kolonna 7,minflok: Fil-produzzjoni tal-kategoriji kollha tal-inbejjed frizzanti u semi-frizzanti miksuba mill-fermentazzjoni fil-fliexken u bil-karfa sseparata permezz tat-tiswib., aqra: Fil-produzzjoni tal-kategoriji kollha tal-inbejjed spumanti u semispumanti miksuba mill-fermentazzjoni fil-fliexken u bil-karfa sseparata permezz tat-tiswib..
Fil-paġna 21, fl-Anness I, il-punt (1)(a), fl-emendi tal-Parti A, it-Tabella 2, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934, ir-ringiela 8.3, il-kolonna 7,minflok: Għall-inbejjed mhux frizzanti, il-kontenut massimu tad-diossidu tal-karbonju fl-inbid ittrattat b’dan il-mod u mqiegħed fis-suq huwa 3 g/l, u l-pressjoni żejda minħabba d-diossidu tal-karbonju għandha tkun anqas minn 1 bar f’temperatura ta’ 20 °C., aqra: Għall-inbejjed mhux spumanti, il-kontenut massimu tad-diossidu tal-karbonju fl-inbid ittrattat b’dan il-mod u mqiegħed fis-suq huwa 3 g/l, u l-pressjoni żejda minħabba d-diossidu tal-karbonju għandha tkun anqas minn 1 bar f’temperatura ta’ 20 °C..
Fil-paġna 24, fl-Anness I, il-punt (1)(a), fl-emendi tal-Parti A, it-Tabella 2, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934, in-nota (5) f’qiegħ il-paġna, l-ewwel sentenza,minflok: L-imluħa tal-ammonju msemmija fil-linja 4.2, 4.3 u 4.4 jistgħu jintużaw ukoll flimkien, sal-limitu globali ta’ 1 g/l jew 0,3 g/l għat-tieni fermentazzjoni tal-inbid frizzanti., aqra: L-imluħa tal-ammonju msemmija fil-linja 4.2, 4.3 u 4.4 jistgħu jintużaw ukoll flimkien, sal-limitu globali ta’ 1 g/l jew 0,3 g/l għat-tieni fermentazzjoni tal-inbid spumanti..