Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1494 tas-18 ta’ Lulju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2025/1494, id-19 ta’ Lulju 2025)
- Označení:
- 32025R1494R(03)
- Stav:
- effective
- Jazyk textu:
- mt
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1494 tas-18 ta’ Lulju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2025/1494, id-19 ta’ Lulju 2025)
1. Fil-paġna 4, il-punt (22),minflok: (22) Jenħtieġ li l-Istati Membri, b’rispett dovut għall-obbligi internazzjonali applikabbli tagħhom, ma jirrikonoxxux jew jinfurzaw l-ebda inġunzjoni, ordni, eżenzjoni, sentenza ta’ qorti għajr qorti ta’ Stat Membru jew qorti oħra, deċiżjoni arbitrali jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivati minn proċedimenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat b’rabta ma’ miżuri imposti skont ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jew ir-Regolament (UE) Nru 269/2014. L-implimentazzjoni effettiva tal-klawżola ta’ ebda pretensjoni jenħtieġ li titqies bħala l-ordni pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-finijiet tar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ jew deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi. B’riżultat ta’ dan, ir-rikonoxximent jew l-infurzar mill-Istati Membri ta’ inġunzjoni, ordni, eżenzjoni, sentenza ta’ qorti li mhijiex qorti ta’ Stat Membru jew qorti oħra, deċiżjoni arbitrali jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivata minn proċedimenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat li jistgħu jwasslu għas-sodisfazzjon ta’ kwalunkwe pretensjoni b’rabta mal-miżuri imposti skont ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 u r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jitqiesu bħala li jiksru l-politika pubblika tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Dik id-dispożizzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ Stat Membru li jipparteċipa u jiddefendi ruħu fi proċedimenti mibdija kontrih u li jitlob ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni li jagħtih ir-rimborż tal-ispejjeż.,aqra: (22) Jenħtieġ li l-Istati Membri, b’rispett dovut għall-obbligi internazzjonali applikabbli tagħhom, ma jirrikonoxxux jew jinfurzaw l-ebda inġunzjoni, ordni, eżenzjoni, sentenza ta’ qorti għajr qorti ta’ Stat Membru jew deċiżjoni oħra tal-qorti, tal-arbitraġġ jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivati minn proċedimenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat b’rabta ma’ miżuri imposti skont ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jew ir-Regolament (UE) Nru 269/2014. L-implimentazzjoni effettiva tal-klawżola ta’ ebda pretensjoni jenħtieġ li titqies bħala l-ordni pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-finijiet tar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ jew deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi. B’riżultat ta’ dan, ir-rikonoxximent jew l-infurzar mill-Istati Membri ta’ inġunzjoni, ordni, eżenzjoni, sentenza ta’ qorti għajr qorti ta’ Stat Membru jew deċiżjoni oħra tal-qorti, tal-arbitraġġ jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivata minn proċedimenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat li jistgħu jwasslu għas-sodisfazzjon ta’ kwalunkwe pretensjoni b’rabta mal-miżuri imposti skont ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 u r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jitqiesu bħala li jiksru l-politika pubblika tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Dik id-dispożizzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ Stat Membru li jipparteċipa u jiddefendi ruħu fi proċedimenti mibdija kontrih u li jitlob ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni li jagħtih ir-rimborż tal-ispejjeż..
2. Fil-paġna 13, l-Artikolu 11, il-punt (18),minflok 2a.L-ebda inġunzjoni, ordni, ħelsien, sentenza ta’ qorti ġudizzjarja għajr qorti ta’ Stat Membru jew qorti oħra, deċiżjoni arbitrali jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivata minn proċedimenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat kontra Stat Membru li jistgħu jwasslu għas-sodisfazzjon ta’ kwalunkwe pretensjoni b’rabta ma’ miżuri imposti skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 ma għandhom jiġu rikonoxxuti, mogħtija effett jew infurzati fi Stat Membru jekk jiġu invokati minn kwalunkwe persuna, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), (b) jew (c), ta’ dan l-Artikolu, jew persuni, entitajiet jew korpi li huma s-sidien jew jikkontrollaw lil dawk il-persuni, entitajiet jew korpi. 2b.L-ebda talba għal assistenza matul investigazzjoni jew proċedimenti oħra, u l-ebda piena jew penali oħra bbażata fuq inġunzjoni, ordni, ħelsien, sentenza ta’ qorti għajr qorti ta’ Stat Membru jew qorti oħra, deċiżjoni arbitrali jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivata minn proċedimenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat kontra Stat Membru b’rabta ma’ miżuri imposti skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 ma għandha tiġi rikonoxxuta, mogħtija effett jew infurzata fi Stat Membru jekk tiġi invokata minn kwalunkwe persuna, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 11(1), il-punt (a), (b) jew (c), ta’ dan l-Artikolu, jew minn persuni, entitajiet jew korpi li huma s-sidien ta’ dawk il-persuni, entitajiet jew korpi jew jikkontrollawhom. ,aqra: 2a.L-ebda inġunzjoni, ordni, ħelsien, sentenza ta’ qorti ġudizzjarja għajr qorti ta’ Stat Membru jew deċiżjoni oħra tal-qorti, tal-arbitraġġ jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivata minn proċedimenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat kontra Stat Membru li jistgħu jwasslu għas-sodisfazzjon ta’ kwalunkwe pretensjoni b’rabta ma’ miżuri imposti skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 ma għandhom jiġu rikonoxxuti, mogħtija effett jew infurzati fi Stat Membru jekk jiġu invokati minn kwalunkwe persuna, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), (b) jew (c), ta’ dan l-Artikolu, jew persuni, entitajiet jew korpi li huma s-sidien jew jikkontrollaw lil dawk il-persuni, entitajiet jew korpi. 2b.L-ebda talba għal assistenza matul investigazzjoni jew proċedimenti oħra, u l-ebda piena jew penali oħra bbażata fuq inġunzjoni, ordni, ħelsien, sentenza ta’ qorti għajr qorti ta’ Stat Membru jew deċiżjoni oħra tal-qorti, tal-arbitraġġ jew amministrattiva maħruġa fi proċedimenti għajr dawk fl-Istati Membri skont jew derivata minn proċedimenti ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat kontra Stat Membru b’rabta ma’ miżuri imposti skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 ma għandha tiġi rikonoxxuta, mogħtija effett jew infurzata fi Stat Membru jekk tiġi invokata minn kwalunkwe persuna, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 11(1), il-punt (a), (b) jew (c), ta’ dan l-Artikolu, jew minn persuni, entitajiet jew korpi li huma s-sidien ta’ dawk il-persuni, entitajiet jew korpi jew jikkontrollawhom..
3. Fil-paġna 14, il-punt (20),minflok: (20) l-artikoli li ġejjin huma mdaħħla:‘Artikolu 11eKwalunkwe Stat Membru għandu, fejn applikabbli, jieħu miżuri xierqa biex jirkupra jew ikun intitolat li jirkupra, fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati kompetenti ta’ Stat Membru, kwalunkwe dannu dirett jew indirett, inklużi spejjeż legali, imġarrba minn dak l-Istat Membru bħala konsegwenza tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat kontra Stat Membru b’rabta ma’ miżuri imposti skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 269/2014. L-Istat Membru għandu, fejn applikabbli, ikun intitolat li jirkupra tali danni minn kwalunkwe persuna, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 11(1), il-punt (a), (b) jew (c), ta’ dan ir-Regolament, li bdew, intervjenew jew ipparteċipaw fis-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat jew li jfittxu li jinfurzaw kwalunkwe għotja, deċiżjoni jew sentenza relatata mas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat u persuni, entitajiet jew korpi li huma s-sidien jew jikkontrollaw kwalunkwe waħda minn dawk il-persuni, entitajiet jew korpi. ,aqra: (20) l-artikoli li ġejjin huma mdaħħla:‘Artikolu 11eKwalunkwe Stat Membru għandu, fejn applikabbli, jieħu miżuri xierqa biex jirkupra jew ikun intitolat li jirkupra, fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati kompetenti ta’ Stat Membru, kwalunkwe dannu dirett jew indirett, inklużi spejjeż legali, imġarrba minn dak l-Istat Membru bħala konsegwenza tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat kontra Stat Membru b’rabta ma’ miżuri imposti skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 269/2014. L-Istat Membru għandu, fejn applikabbli, ikun intitolat li jirkupra tali danni minn kwalunkwe persuna, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 11(1), il-punt (a), (b) jew (c), ta’ dan ir-Regolament, li bdew, intervjenew jew ipparteċipaw fis-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat jew li jfittxu li jinfurzaw kwalunkwe deċiżjoni ta’ arbitraġġ, deċiżjoni jew sentenza relatata mas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat u persuni, entitajiet jew korpi li huma s-sidien jew jikkontrollaw kwalunkwe waħda minn dawk il-persuni, entitajiet jew korpi..