Rettifika tat-Tlettax-il Direttiva 86/560/KEE tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 326 tal-21 ta' Novembru 1986) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 09, Volum 001, p. 129)
- Identifier:
- 31986L0560R(01)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tat-Tlettax-il Direttiva 86/560/KEE tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 326 tal-21 ta' Novembru 1986 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 09, Volum 001, p. 129)
Fil-paġna 129, it-titolu,minflok: It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità …, aqra: It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1986 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' turnover taxes — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità …;
Fil-paġna 129, it-tieni konsiderazzjoni,minflok: Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus — Dwar is-sistema Komuni tat-taxxa fuq il-valur mizjud: bażi uniformi ta' stima [1] u partikolarment l-Artikolu 17(4) tagħha,, aqra: Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima [1] u partikolarment l-Artikolu 17(4) tagħha,;
Fil-paġna 130, l-Artikolu 2(2),minflok: 2.L-Istati Membri jistgħu jagħtu r-rifondi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bil-kondizzjoni li terzi Stati jagħtu vantaġġi simili rigward taxxi fuq ċaqliq ta' flus., aqra: 2.L-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw ir-rifondi msemmija fil-paragrafu 1 għall-kondizzjoni li Stati terzi jagħtu vantaġġi simili rigward turnover taxes..