Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/507/KE tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 179, tas-17 ta' Lulju 2003, p. 1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 47)
- Identifier:
- 32003D0507R(01)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/507/KE tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 179, tas-17 ta' Lulju 2003, p. 1 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 47)
1. Fil-paġna 172, it-titolu tad-Deċiżjoni:minflok: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art, aqra: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku;
2. Fil-paġna 172, il-premessa (2):minflok: (2) Fit-30 ta' Novembru 1999 il-Korp Esekuttiv għall-Konvenzjoni dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Tonqos l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' Wiċċ l-Art (il-Protokoll ta' Gothenburg) il-Protokoll ta' Gothenburg stabbilixxa livelli massimi permessibbli ta' emissjonijiet (livelli ta' emissjoni) għal kull Parti nazzjonali għall-erba' pollutanti prinċipali responsabbli għall-aċidifikazzjoni, l-etrofikazzjoni u l-Ozonu ta' Wiċċ l-Art: il-limiti dwar id-diosside tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, il-kompost volatili organiku u l-ammonja għandhom jintlaħqu sa l-2010.,aqra: (2) Fit-30 ta' Novembru 1999 il-Korp Esekuttiv għall-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila adotta l-Protokoll Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (il-Protokoll ta' Gothenburg); il-Protokoll ta' Gothenburg jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta' emissjonijiet (livelli ta' emissjoni) għal kull Parti nazzjonali għall-erba' pollutanti prinċipali responsabbli għall-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku: id-diosside tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, il-kompost volatili organiku u l-ammonja; dawn il-limiti għandhom jintlaħqu sa l-2010.;
3. Fil-paġna 172, l-Artikolu 1:minflok: L-adeżjoni tal-Komunità għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja fit-Tul Transkonfinali biex Tonqos l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' Wiċċ l-Art b' dan hu approvat għan-nom tal-Komunità., aqra: L-adeżjoni tal-Komunità mal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku b'dan hija approvata f'isem il-Komunità.;
4. Fil-paġna 174, l-Anness, it-titolu tal-Protokoll:minflok: Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 Dwar Tniġġis Ta' Arja Ghal Distanzi Twal Transkonfinanti Sabiex Titnaqqas l-Aċidizzazzjoni, Etrofikazzjoni u Ożonu Terranju, aqra: Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku;
5. fil-paġna 176, l-Artikolu 2 tal-Protokoll:minflok: L-għan ta' dan il-Protokoll huwa l-kontroll u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, ammonja u taħlit organiku volatili li huma kawżati minn attivitajiet antropoġeniċi u li x'aktarx jikkawżaw effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa umana, ekosistemi naturali, materjali u wċuħ tar-raba, dovut għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni jew ożonu tal-pjan terran bħala riżultat ta' …, aqra: L-għan ta' dan il-Protokoll huwa l-kontroll u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, ammonja u taħlit organiku volatili li huma kawżati minn attivitajiet antropoġeniċi u li x'aktarx jikkawżaw effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa umana, ekosistemi naturali, materjali u wċuħ tar-raba, dovut għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni jew ożonu troposferiku bħala riżultat ta' ….