Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 325 tal-12 ta' Diċembru 2003) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 41, p. 328)

Identifier:
32003R2160R(03)
Status:
Effective
Text language:
mt

Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 325 tal-12 ta' Diċembru 2003 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 41, p. 328)

1. Fil-paġna 328, il-premessa (6), l-aħħar frażi,minflok: …f'ċerta merħliet ta' tjur, aqra: …f'ċerti qatgħat ta' tjur;

2. Fil-paġna 329, il-premessa (9), l-ewwel sentenza,minflok: il-miżuri minimi li jikkonċernaw il-moniteraġġ u l-kontroll tas-salmonella f'merħliet li jiġu mrobbija ta' lispeċji Gallus gallus .., aqra: Dawk il-miżuri minimi kienu ffukati fuq il-moniteraġġ u l-kontroll tas-salmonella f'qatgħat tat-trobbija tal-ispeċji Gallus gallus. ;

3. Fil-paġna 330, il-premessa (28), it-tielet sentenza,minflok: Fejn tidħol il-produzzjoni ta' bajd tal-mejda, huwa importanti li jiġu stabbiliti miżuri speċifici li jikkonċernaw il-pozizzjoni fuq is-suq ta' prodotti li joriġinaw minn merħliet li ġew ittestjati u li m'għandhomx salmonella., aqra: Fir-rigward tal-produzzjoni ta' bajd tal-mejda, huwa importanti li jiġu stabbiliti miżuri speċifici li jikkonċernaw l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li joriġinaw minn qatgħat li ma ġewx ittestjati bħala li m'għandhomx salmonella.;

4. Fil-paġna 331, l-Artikolu 2, il-punt (b) fil-paragrafu 3,minflok: (b) merħla tfisser kull tajr ta' l-istess stat ta' saħħa miżmum fuq il- post jew fl-istess post u li jagħmel unita epidermjologika waħda, fil-każ ta' tajr li jinżamm ġewwa, li jinkludi għasafar li jaqsmu l- istess arja.,aqra: (b) qatgħa tfisser kull tajr tal-istess stat ta' saħħa miżmum fl-istess post u fl-istess għeluq u li jikkostitwixxi unità epidemjologika waħda; fil-każ ta' tajr li jinżamm ġewwa, dan jinkludi t-tjur kollha li jaqsmu l-istess arja..

5. Fil-paġna 332, l-Artikolu 4(5), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza,minflok: Il-versall tal-komunità stabbilit għall-merħliet li jiġu mrobbija ta' Gallus gallus …, aqra: Il-mira tal-Komunità stabbilita għal qatgħat tat-trobbija ta' Gallus gallus ….

6. Fil-paġna 334, l-Artikolu 9(1), l-ewwel sentenza,minflok: Mill-informazzjoni msemmija fl-Anness 1, kolonna 5 l-aktar tard, merħliet u ġemgħat ta' oriġini ta' speċje mniżżla f'kolonna 2 għandhom ikunu testjati għall-aġenti żonożi u żonotiċi li qegħdin fil-lista f'kolonna 1 qabel kull tqassim ta' animali ħajjin, jew bajd qed ifaqqas, mill-post ta' kummerċ ta' oriġini., aqra: Mid-dati msemmija fil-kolonna 5 tal-Anness 1, l-aktar tard, il-qatgħat u l-merħliet ta' oriġini ta' speċje elenkati fil-kolonna 2 għandhom jiġu ttestjati għall-aġenti żonożi u żonotiċi elenkati fil-kolonna 1 qabel kull tqassim ta' animali ħajjin, jew bajd li jfaqqsu, mill-post ta' negozju alimentari ta' oriġini.;

7. Fil-paġna 335, l-Artikolu 10(4), l-ewwel u t-tieni sentenzi,minflok: Merħliet u ġemgħat ta' oriġini u speċie li hemm fil-lista fl-Anness 1 kolonna 2, għandhom jiġu testjati qabel kull tqassim ta' annimali ħajjin jew bajd li jfaqqsu mill-post kummerċjali ta' oriġini. Merħliet u ġemgħat għandhom ikunu testjati għallaġenti żonożi u żonotiċi li hemm fil-lista ta' l-Anness 1 kolonna C jew jekk neċessarju jiksbu l-għan ta' garanziji ekwivalenti stabbiliti fil-paragrafu 1, aġenti żonożi u żotoniċi li jistghu jkunu speċifikati fi ftehim mal-proċeduri li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 14(2)., aqra: Il-qatgħat u l-merħliet ta' oriġini ta' speċie elenkati fil-kolonna 2 tal-Anness 1 għandhom jiġu ttestjati qabel kull tqassim ta' annimali ħajjin jew ta' bajd li jfaqqsu mill-post ta' negozju alimentari ta' oriġini. Il-qatgħat u l-merħliet għandhom jiġu ttestjati għall-aġenti żonożi u żonotiċi elenkati fil-kolonna 1 tal-Anness I, jew, jekk neċessarju biex jinkiseb l-għan tal-garanziji ekwivalenti stabbilit fil-paragrafu 1, għal tali aġenti żonożi u żotoniċi li jistghu jkunu speċifikati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).;

8. Fil-paġna 340, fl-Anness II, fit-tabella tat-taqsima B, fit-tieni kolonna intitolata 2. Il-popolazzjoni ta' l-annimali,(a) kull terminu merħliet tat-trobbija għandu jiġi sostitwit bit-terminu qatgħat tat-trobbija, u(b) it-terminu merħliet adulti tat-tnissil għandu jiġi sostitwit bit-terminu qatgħat adulti tat-tnissil;

9. Fil-paġna 341, it-taqsima Ċ, il-punt 5,minflok: 5. Meta l-bajd għat-tifsiq minn ġemgħat ta' tjur li fihom tkun ġiet ikkonfermata l-eżistenza tas-Salmonella enteriditis jew tas-Salmonella typhimurium ikun għadu preżenti fil-mafqas, irid jiġi meqrud jew ittrattat skond id-Direttiva 1774/2002/KEE.,aqra: 5. Fejn ikunu għadhom preżenti f'mafqas bajd għat-tifsiq minn qatgħat ta' tjur li fihom hemm preżenti s-Salmonella enteriditis jew is-Salmonella typhimurium , dawn għandhom jiġu meqruda jew trattati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002..