Rettifika tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 157 tad-9 ta' Ġunju 2006)
- Identifier:
- 32006L0043R(05)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 157 tad-9 ta' Ġunju 2006 )
1. It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 2 għandu jiġi sostitwit b’Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-awditi statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE.
2. It-terminu verifika għandu jiġi sostitwit b’awditjar fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.
3. It-terminu impriża prinċipali għandu jiġi sostitwit b’impriża omm fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.