Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u r-Regolament (KE) Nru 973/2001 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Ħarġa Speċjali ĠU L 409, tat-30 ta' Diċembru 2006. Verżjoni rettifikata fil-Ħarġa Speċjali ĠU L 36, tat-8 ta' Frar 2007)

Identifier:
32006R1967R(03)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u r-Regolament (KE) Nru 973/2001 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Ħarġa Speċjali ĠU L 409, tat-30 ta' Diċembru 2006 . Verżjoni rettifikata fil-Ħarġa Speċjali ĠU L 36, tat-8 ta' Frar 2007 )

1. Fil-werrej u l-paġna 6, it-titolu tar-Regolament:minflok: … dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u r-Regolament (KE) Nru 973/2001 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94, aqra: … dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94.

2. F'paġna 13, Artikolu 13(5):minflok: …, bħall-qies limitat ta' pjattaformi kostali madwar il-faxxa kostali kollha …, aqra: …, bħad-daqs limitat tal-ixkaffa kontinentali matul il-kosta kollha ….

3. F'paġna 13, Artikolu 13(11), it-tieni inċiż:minflok: … bħad-daqs limitat tal-pjattaformi kostali matul il-kosta kollha …, aqra: … bħad-daqs limitat tal-ixkaffa kontinentali matul il-kosta kollha ….

4. F'paġna 21, Anness II, Rekwiżiti relatati mal-karatteristiċi ta' tagħmir tas-sajd, punt 2:minflok: It-tul tax-xbiek għandu jkun ristrett għal …, aqra: It-tul tax-xibka għandu jkun ristrett għal ….

5. F'paġni 23–24, l-Anness III huwa sostitwit b'dan li ġej: