Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 189 tal-20 ta’ Lulju 2007)
- Identifier:
- 32007R0834R(03)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 189 tal-20 ta’ Lulju 2007 )
F’paġna 1, u fil-paġna tal-Werrej, it-titolu tar-Regolament,minflok: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tal-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91, aqra: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2029/91;
F’paġna 21, l-Artikolu 39,minflok: Artikolu 39Revoka tar-Regolament (KEE) Nru 2092/911.Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa b’dan irrevokat mill-1 ta’ Jannar 2009 . 2.Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament., aqra: Artikolu 39Tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 2092/911.Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 b’dan jitħassar mill-1 ta’ Jannar 2009 . 2.Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament..