Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 218 tat-13 ta’ Awwissu 2008)
- Identifier:
- 32008R0767R(07)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 218 tat-13 ta’ Awwissu 2008 )
1. Fir-Regolament kollu, kull fejn jidher it-terminu msemmi hawn taħt:minflok: tikketta tal-viża, aqra: sticker tal-viża.
2. Fil-paġna 64, Artikolu 4(9):minflok: verifika tfisser il-proċess ta’ tqabbil ta’ settijiet ta’ data biex tiġi stabbilita l-validità ta’ l-identità mitluba (one-to-one check);, aqra: verifika tfisser il-proċess ta’ tqabbil ta’ settijiet ta’ data biex tiġi stabbilita l-validità tal-identità mitluba (verifika one-to-one);.
3. Fil-paġna 64, Artikolu 4(10):minflok: identifikazzjoni tfisser il-proċess biex tiġi ddeterminata l-identità ta’ persuna permezz ta’ tfittxija fil-bażi tad-data ma’ settijiet multipli ta’ data (kontroll one-to-many);, aqra: identifikazzjoni tfisser il-proċess biex tiġi ddeterminata l-identità ta’ persuna permezz ta’ tfittxija fil-bażi tad-data ma’ settijiet multipli ta’ data (verifika one-to-many);.
4. Fil-paġna 65, Artikolu 8(3) u (4):minflok: 3.Jekk applikazzjoni preċedenti ġiet reġistrata, l-awtorità tal-viża għandha torbot kull fajl ġdid ta’ applikazzjoni mal-fajl ta’ applikazzjoni ta’ qabel dwar dak l-applikant. 4.Jekk l-applikant qed jivvjaġġa fi grupp jew mal-mara jew ir-raġel u/jew it-tfal, l-awtorità tal-viża għandha toħloq fajl ta’ applikazzjoni għal kull applikant u torbot il-fajls ta’ applikazzjoni tal-persuni li qed jivvjaġġaw flimkien., aqra: 3.Jekk applikazzjoni preċedenti ġiet reġistrata, l-awtorità tal-viża għandha tillinkja kull fajl ġdid ta’ applikazzjoni mal-fajl ta’ applikazzjoni ta’ qabel dwar dak l-applikant. 4.Jekk l-applikant qed jivvjaġġa fi grupp jew mal-mara jew ir-raġel u/jew it-tfal, l-awtorità tal-viża għandha toħloq fajl ta’ applikazzjoni għal kull applikant u tillinkja l-fajls ta’ applikazzjoni tal-persuni li qed jivvjaġġaw flimkien..
5. Fil-paġna 66, Artikolu 9(4)(f):minflok: (f) dettalji tal-persuna li qed toħroġ stedina u/jew hija responsabbli li tħallas l-ispejjeż tal-ħajja ta’ l-applikant matul iż-żjara, li huma:,aqra: (f) dettalji tal-persuna li qed toħroġ stedina u/jew hija responsabbli li tħallas l-ispejjeż tal-ħajja ta’ l-applikant matul is-soġġorn, li huma:.
6. It-terminu waqfa għandu jiġi sostitwit bit-terminu soġġorn fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa.
7. It-terminu fajls ta’ applikazzjoni relatati għandu jiġi sostitwit bit-terminu fajls ta’ applikazzjoni llinkjati fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa.
8. It-terminu pussessur għandu jiġi sostitwit bit-terminu detentur fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa.
9. Fir-Regolament kollu, kull fejn jidher it-terminu msemmi hawn taħt:minflok: staff, aqra: persunal.
10. Fil-paġna 70, Artikolu 20(3):minflok: 3.Fejn il-persuna għandha viża, l-awtoritajiet kompetenti għandhom l-ewwel jidħlu fil-VIS skond l-Artikoli 18 jew 19., aqra: 3.Fejn il-persuna għandha viża, l-awtoritajiet kompetenti għandhom l-ewwel jaċċessaw il-VIS skont l-Artikoli 18 jew 19..
11. Fil-paġna 75, Artikolu 32(2)(d):minflok: (d) iwaqqaf l-input mhux awtorizzat ta’ data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali miżmuma (kontroll taż-żamma);,aqra: (d) iwaqqaf l-input mhux awtorizzat ta’ data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali maħżuna (kontroll taż-żamma);.
12. Fil-paġna 75, Artikolu 32(2)(j):minflok: (j) iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali matul it-trażmissjoni ta’ data personali lejn jew mill-VIS jew matul it-trasport ta’ media tad-data, b’mod partikulari permezz ta’ tekniki xierqa ta’ qlib tal-kodiċi (encryption) (kontroll tat-trasport);,aqra: (j) iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali matul it-trażmissjoni ta’ data personali lejn jew mill-VIS jew matul it-trasport ta’ mezzi tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki xierqa ta’ kriptaġġ (kontroll tat-trasport);.
13. Fil-paġna 75, Artikolu 35:minflok: L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta’ data tal-VIS għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma’ dan ir-Regolament u għandha tikkopera, fejn meħtieġ, ma’ l-Awtorità Nazzjonali ta’ Superviżjoni., aqra: L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta’ data tal-VIS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma’ dan ir-Regolament u tikkopera, fejn meħtieġ, mal-Awtorità Superviżorja Nazzjonali..