Rettifika għad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Tfassil mill-ġdid) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tas-17 ta’ Diċembru 2009)

Identifier:
32009L0138R(12)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika għad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Tfassil mill-ġdid) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tas-17 ta’ Diċembru 2009 )

It-terminu Solvibbiltà II għandu jiġi sostitwit bit-terminu Solvenza II fid-direttiva kollha. It-terminu rata tal-Ispejjeż tal-Kapital għandu jiġi sostitwit bit-terminu rata tal-Kost tal-Kapital fid-direttiva kollha. It-terminu Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà għandu jiġi sostitwit bit-terminu Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fid-direttiva kollha. It-termini Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-solvibbiltà u Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà bażiku għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza fid-direttiva kollha. It-termini Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà tal-grupp aggregat, Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà aggregat tal-grupp u Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà ta’ grupp aggregat għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat fid-direttiva kollha.

Fil-paġna 24, Artikolu 13(30):minflok: (30)riskju ta’ assigurazzjoni tfisser ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba preżunzjonijiet kemm ta’ pprezzar inadegwat kif ukoll ta’ proviżjon inadegwat;, aqra: (30)riskju ta’ assigurazzjoni tfisser ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba preżunzjonijiet kemm ta’ pprezzar inadegwat kif ukoll ta’ suppożizzjonijiet għall-proviżjonament;;

Fil-paġna 53, Artikolu 105(2)(b):minflok: (b) ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba suppożizzjonijiet inadegwati ta’ pprezzar u proviżjon marbuta ma’ avvenimenti estremi jew eċċezzjonali (riskju ta’ katastrofi mhux tal-ħajja).,aqra: (b) ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba suppożizzjonijiet inadegwati ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ avvenimenti estremi jew eċċezzjonali (riskju ta’ katastrofi mhux tal-ħajja).;

Fil-paġna 53, Artikolu 105(3)(g):minflok: (g) ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, li joħorġu mill-inċertezza sinifikanti ta’ suppożizzjonijiet dwar ipprezzar u proviżjon marbuta ma’ avvenimenti estremi jew irregolari (riskju ta’ katastrofi tal-ħajja);,aqra: (g) ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, li joħorġu mill-inċertezza sinifikanti ta’ ipprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ avvenimenti estremi jew irregolari (riskju ta’ katastrofi tal-ħajja);;

Fil-paġna 53, Artikolu 105(4)(ċ):minflok: (ċ) ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba l-inċertezza sinifikanti ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet ta’ proviżjon marbuta ma’ tifqigħat ta’ epidemiji kbar, kif ukoll l-akkumulazzjoni mhux tas-soltu ta’ riskji f’ċirkostanzi estremi bħal dawn.,aqra: (c) ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba l-inċertezza sinifikanti ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ tifqigħat ta’ epidemiji kbar, kif ukoll l-akkumulazzjoni mhux tas-soltu ta’ riskji f’ċirkostanzi estremi bħal dawn..