Rettifika tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 197 tal-24 ta' Lulju 2012)
- Identifier:
- 32012L0018R(04)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 197 tal-24 ta' Lulju 2012 )
Fil-paġna 9, l-Artikolu 10, il-paragrafu 3, il-punt (b),minflok: (b) għal stabbilimenti tal-livelli ogħla, l-1 ta' Ġunju 2016 ,,aqra: (b) għal stabbilimenti eżistenti tal-livelli ogħla, l-1 ta' Ġunju 2016 ,;
Fil-paġna 10, l-Artikolu 12, il-paragrafu 2, il-punt (b):minflok: (b) għal stabbilimenti tal-livelli ogħla, sal-1 ta' Ġunju 2016 sakemm …,aqra: (b) għal stabbilimenti eżistenti tal-livelli ogħla, sal-1 ta' Ġunju 2016 sakemm …;
Fil-paġna 22, fl-Anness I, il-Parti 2, il-Kolonna 1, il-punt 37:minflok: Sulfid tal-idroġenu, aqra: Sulfur tal-idroġenu;
Fil-paġna 22, fl-Anness I, il-Parti 2, il-Kolonna 1, il-punt 41:minflok: TaħlitietSakemm it-taħlita fl-assenza tal-ipoklorur tas-sodju ma tkunx ikklassifikata bħala perikoluża għall-ambjent akkwatiku tal-kategorija Akuta I [H400].; tal-ipoklorur tas-sodju klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku tal-Kategorija Akuta I [H400] li fihom anqas minn 5 % ta' klorur attiv u mhux ikklassifikati f'xi waħda mill-kategoriji ta' periklu l-oħra fil-Parti I tal-Anness I. aqra: TaħlitietSakemm it-taħlita fl-assenza tal-ipoklorit tas-sodju ma tkunx ikklassifikata bħala perikoluża għall-ambjent akkwatiku tal-kategorija Akuta I [H400].; tal-ipoklorit tas-sodju kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku tal-Kategorija Akuta I [H400] li fihom anqas minn 5 % ta' kloru attiv u mhux ikklassifikati f'xi waħda mill-kategoriji ta' periklu l-oħra fil-Parti I tal-Anness I.
Fil-paġna 25, fl-Anness I, fil-Noti għall-Anness I, in-nota 14, l-ewwel inċiż:minflok: — iktar minn 24,5 % skont il-piż, ħlief għal taħlitiet ta' fertilizzanti puri bbażati fuq in-nitrat tal-ammonju bid-dolomit, ġebel tal-ġir u/jew karbonat tal-kalċju b'purità ta' inqas minn 90 %;,aqra: — iktar minn 24,5 % skont il-piż, ħlief għal taħlitiet ta' fertilizzanti puri bbażati fuq in-nitrat tal-ammonju bid-dolomit, ġebel tal-ġir u/jew karbonat tal-kalċju b'purità ta' mill-inqas 90 %;,
Fil-paġna 25, fl-Anness I, fil-Noti għall-Anness I, in-nota 14, it-tielet inċiż:minflok — iktar minn 28 % (7 ) skont il-piż għal taħlitiet ta' fertilizzanti puri bbażati fuq in-nitrat tal-ammonju bid-dolomit, ġebel tal-ġir u/jew karbonat tal-kalċju b'purità ta' inqas minn 90 %.,aqra: — iktar minn 28 % (7 ) skont il-piż għal taħlitiet ta' fertilizzanti puri bbażati fuq in-nitrat tal-ammonju bid-dolomit, ġebel tal-ġir u/jew karbonat tal-kalċju b'purità ta' mill-inqas 90 %.;
Fil-paġna 25, fl-Anness I, fil-Noti għall-Anness I, in-nota 15, it-tieni inċiż:minflok: — iktar minn 28 % skont il-piż, u li fihom iktar minn 0,2 % sustanzi kombustibbli.,aqra: — iktar minn 28 % skont il-piż, u li fihom hemm mhux iktar minn 0,2 % sustanzi kombustibbli..