Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 296 tal-25 ta’ Ottubru 2012)

Identifier:
32012R0965R(16)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 296 tal-25 ta’ Ottubru 2012 )

F’paġna 122, fl-Anness IV, fis-Subparti D, fit-Taqsima 1, fil-Parti CAT.IDE.A.285 Titjir fuq l-ilma, fil-punt (a), is-subpunt (1):minflok: (1) l-ajruplani tal-art li jitħaddmu fuq l-ilma f’distanzi ta’ iktar minn 50 mil nawtiku mill-kosta jew li jitilqu jew jinżlu f’ajrudrom li fih il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza; u,aqra: (1) l-ajruplani tal-art li jitħaddmu fuq l-ilma f’distanzi ta’ iktar minn 50 mil nawtiku mill-kosta jew li jitilqu jew jinżlu f’ajrudrom li fih il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma; u.

F’paġna 11, fl-Anness I, il-punt 102:minflok: 102. inżul ta’ emerġenza sikur tfisser inżul inevitabbli jew inżul ta’ emerġenza inevitabbli kkontrollat fl-ilma li fih, b’mod raġonevoli, il-persuni li jinsabu fl-inġenju tal-ajru jew fuq l-art jew l-ilma ma jkunux mistennija jweġġgħu;,aqra: 102. inżul ta’ emerġenza sikur tfisser inżul inevitabbli jew inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma inevitabbli li fih, b’mod raġonevoli, il-persuni li jinsabu fl-inġenju tal-ajru jew fuq l-art jew l-ilma ma jkunux mistennija jweġġgħu;.