Διορθωτικό στον κανονισμό (ΕΕ) αριθ. 1303/2013 του Ευρωπαϊκού Κοινοβουλίου και του Συμβουλίου της 17ης Δεκεμβρίου 2013 περί καθορισμού κοινών διατάξεων για το Ευρωπαϊκό Ταμείο Περιφερειακής Ανάπτυξης, το Ευρωπαϊκό Κοινωνικό Ταμείο, το Ταμείο Συνοχής, το Ευρωπαϊκό Γεωργικό Ταμείο Αγροτικής Ανάπτυξης και το Ευρωπαϊκό Ταμείο Θάλασσας και Αλιείας και περί καθορισμού γενικών διατάξεων για το Ευρωπαϊκό Ταμείο Περιφερειακής Ανάπτυξης, το Ευρωπαϊκό Κοινωνικό Ταμείο, το Ταμείο Συνοχής και το Ευρωπαϊκό Ταμείο Θάλασσας και Αλιείας και για την κατάργηση του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1083/2006 (Επίσημη Εφημερίδα της Ευρωπαϊκής Ένωσης L 347 της 20ής Δεκεμβρίου 2013)

Identifier:
32013R1303R(10)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

Fil-paġna 391, l-Artikolu 106, il-punt (8)(c),minflok: (c) l-arranġamenti għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-pjan ta' azzjoni konġunt inklużi l-arranġamenti li jiżguraw il-kwalità, il-ġbir u l-ħażna tad-data dwar il-kisba tat-tragwardi, tal-eżiti u tar-riżultati;,aqra: (c) l-arranġamenti għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-pjan ta' azzjoni konġunt inklużi l-arranġamenti li jiżguraw il-kwalità, il-ġbir u l-ħażna tad-data dwar il-kisba tat-tragwardi, tal-outputs u tar-riżultati;;

Fil-paġna 392, l-Artikolu 107(3),minflok: 3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tindika l-benefiċjarju u l-objettivi tal-pjan ta' azzjoni konġunt, it-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-eżiti u għar-riżultati, il-kostijiet tal-kisba ta' dawk it-tragwardi u l-miri għall-eżiti u għar-riżultat, u l-pjan ta' finanzjament …,aqra: 3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tindika l-benefiċjarju u l-objettivi tal-pjan ta' azzjoni konġunt, it-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-outputs u għar-riżultati, il-kostijiet tal-kisba ta' dawk it-tragwardi u l-miri għall-outputs u għar-riżultat, u l-pjan ta' finanzjament ….

Fil-paġna 384, l-Artikolu 95(1), il-punt (2),minflok: (2) assi fissi tfisser l-assi tanġibbli u mhux tanġibbli kollha prodotti bħala riżultati mill-proċessi ta' produzzjoni ...,aqra: (2) assi fissi tfisser l-assi tanġibbli u mhux tanġibbli kollha prodotti bħala outputs mill-proċessi ta' produzzjoni ...;

Fil-paġna 391, l-Artikolu 106, il-punt (3),minflok: (3) deskrizzjoni tal-proġetti jew tat-tipi ta' proġetti previsti, flimkien mat-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-eżiti u r-riżultati marbutin mal-indikaturi komuni skont l-assi ta' prijorità, fejn rilevanti;,aqra: (3) deskrizzjoni tal-proġetti jew tat-tipi ta' proġetti previsti, flimkien mat-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-outputs u r-riżultati marbutin mal-indikaturi komuni skont l-assi ta' prijorità, fejn rilevanti;;