Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013)

Identifier:
32013R1303R(15)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

(1) Fil-paġna 373, fl-Artikolu 61, il-paragrafu 7(f),minflok: (f) operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ pubbliku jieħu l-forma ta’ somom f’daqqa jew spejjeż għal kull unità bi skala standard,aqra: (f) operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ pubbliku jieħu l-forma ta’ somom f’daqqa jew kostijiet unitarji bi skala standard;

(2) Fil-paġna 375, fl-Artikolu 65, il-paragrafu 8(f),minflok: (f) operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ pubbliku jieħu l-forma ta’ somma f’daqqa jew spejjeż ta’ unità ta’ skala standard sakemm id-dħul nett ġie kkunsidrat ex ante;,aqra: (f) operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ pubbliku jieħu l-forma ta’ somma f’daqqa jew kostijiet unitarji ta’ skala standard sakemm id-dħul nett ġie kkunsidrat ex ante;;

(3) Fil-paġna 375, fl-Artikolu 67, il-paragrafu 1(b) ,minflok: (b) skala standard ta' spejjeż għal kull unità;,aqra: (b) skala standard ta' kostijiet unitarji;;

(4) Fil-paġna 376, fl-Artikolu 67, il-paragrafu 5(b),minflok: (b) f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skali korrispondenti ta’ spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;,aqra: (b) f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skali korrispondenti ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;;

(5) Fil-paġna 376, fl-Artikolu 67, il-paragrafu 5(c),minflok: (c) f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skali korrispondenti ta’ spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ beneċfiċjarju;,aqra: (c) f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skali korrispondenti ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;;

(6) Fil-paġna 392, fl-Artikolu 109(1),minflok: 1.Pagamenti lill-benefiċjarju ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom jiġu ttrattati bħala somom f’daqqa jew skali standard ta’ spejjeż unitarji. M’għandux japplika l-limitu massimu għal somma f'daqqa stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1)., aqra: 1.Pagamenti lill-benefiċjarju ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom jiġu ttrattati bħala somom f’daqqa jew skali standard ta’ kostijiet unitarji. M’għandux japplika l-limitu massimu għal somma f'daqqa stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1).;

(7) Fil-paġna 466, fid-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 67,minflok: Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-Artikolu 67 (4) li jeskludi l-applikazzjoni tal-ispejjeż simplifikati mniżżla fl-Artikolu 67 (1) (b)-(d) f'każijiet fejn operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni jiġi implimentat esklussivament permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku ma jipprekludix l-implimentazzjoni ta' operazzjoni permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku li jirriżultaw fi ħlasijiet mill-benefiċjarju lill-kuntrattur abbażi ta' spejjeż għal kull unità predefiniti. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-ispejjeż determinati u mħallsa mill-benefiċjarju abbażi ta' dawn l-ispejjeż għal kull unità stabbiliti permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku għandhom jikkostitwixxu fil-fatt spejjeż reali u mġarrba u mħallsa mill-benefiċjarju taħt l-Artikolu 67 (1) (a)., aqra: Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-Artikolu 67(4) li jeskludi l-applikazzjoni tal-ispejjeż simplifikati mniżżla fl-Artikolu 67(1) (b)-(d) f'każijiet fejn operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni jiġi implimentat esklussivament permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku ma jipprekludix l-implimentazzjoni ta' operazzjoni permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku li jirriżultaw fi ħlasijiet mill-benefiċjarju lill-kuntrattur abbażi ta' kostijiet unitarji predefiniti. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-ispejjeż determinati u mħallsa mill-benefiċjarju abbażi ta' dawn il-kostijiet unitarji stabbiliti permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku għandhom jikkostitwixxu fil-fatt spejjeż reali u mġarrba u mħallsa mill-benefiċjarju taħt l-Artikolu 67(1)(a)..