Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013)
- Identifier:
- 32013R1308R(25)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )
1. Fil-paġna 714, l-Artikolu 75, il-paragrafu 3, il-punt (d),minflok: (d) il-preżentazzjoni, it-tikkettar relatat ma’ standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, l-imballaġġ, ir-regoli li għandhom jiġu applikati b’rabta ma’ ċentri ta’ imballaġġ, immarkar, sena ta’ ħsad u użu ta’ termini speċifiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli minn 92 sa 123;,aqra: (d) il-preżentazzjoni, it-tikkettar relatat ma’ standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, l-imballaġġ, ir-regoli li għandhom jiġu applikati b’rabta ma’ ċentri ta’ ippakkjar, immarkar, sena ta’ ħsad u użu ta’ termini speċifiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli minn 92 sa 123;;
2. Fil-paġna 723, l-Artikolu 103, il-paragrafu 2, il-punt (c),minflok: (c) kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq imballaġġ ta’ ġewwa jew ta’ barra, materjal ta’ reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid konċernat, kif ukoll fuq l-imballaġġ tal-prodott f’kontenitur li jista’ jħalli impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;,aqra: (c) kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-imballaġġ ta’ ġewwa jew ta’ barra, materjal ta’ reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid konċernat, kif ukoll fuq l-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jista’ jħalli impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;;
3. Fil-paġna 744, l-Artikolu 164, paragrafu 4, il-punt (k),minflok: (k) definizzjoni ta’ kwalitajiet minimi u definizzjoni ta’ standards minimi dwar l-imballaġġ u l-preżentazzjoni;,aqra: (k) definizzjoni ta’ kwalitajiet minimi u definizzjoni ta’ standards minimi dwar l-ippakkjar u l-preżentazzjoni;;
4. Fil-paġna 756, l-Artikolu 190, il-paragrafu 3,minflok: 3.Sabiex tnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 227, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom l-obbligi marbutin ma’ attestazzjoni ta’ ekwivalenza u mat-tikkettar tal-pakketti ma għandhomx japplikaw. , aqra: 3.Sabiex tnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 227, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom l-obbligi marbutin ma’ attestazzjoni ta’ ekwivalenza u mat-tikkettar tal-imballaġġ ma għandhomx japplikaw. ;
5. Fil-paġna 819, Anness VII, Parti VI, paragrafu III., il-punt 2,minflok: 2. L-immarkar ta' bajd f'konformità mal-punt 1 għandu jseħħ fil-post tal-produzzjoni jew fl-ewwel ċentru ta' imballaġġ li fih ġie kkonsenjat il-bajd.,aqra: 2. L-immarkar ta' bajd f'konformità mal-punt 1 għandu jseħħ fil-post tal-produzzjoni jew fl-ewwel ċentru ta' ippakkjar li fih ġie kkonsenjat il-bajd..