Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 354 tat-28 ta’ Diċembru 2013)
- Identifier:
- 32013R1380R(11)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 354 tat-28 ta’ Diċembru 2013 )
1. Fil-paġna 35, fl-Artikolu 15(1),minflok: 1.Il-qabdiet kollha ta’ speċijiet li huma soġġetti għal limiti ta’ qbid u, fil-Mediterran, anki qabdiet ta’ speċijiet li huma soġġetti għal daqsijiet minimi kif definit fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, li jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni f’ilmijiet li mhumiex soġġetti għas-sovranità jew ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi, fis-sajd u ż-żoni ġeografiċi elenkati hawn taħt, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jingħaddu skont il-kwoti fejn applikabbli, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja, skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja: ,aqra: 1.Il-qabdiet kollha ta’ speċijiet li huma soġġetti għal limiti ta’ qbid u, fil-Mediterran, anki qabdiet ta’ speċijiet li huma soġġetti għal daqsijiet minimi kif definit fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, li jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni f’ilmijiet li mhumiex soġġetti għas-sovranità jew ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi, fis-sajd u ż-żoni ġeografiċi elenkati hawn taħt, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti fejn applikabbli, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja, skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:.
2. Fil-paġna 37, fl-Artikolu 15(5)(c), it-tieni subparagrafu,minflok: Il-qabdiet taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-punt m’għandhomx jingħaddu fil-kuntest tal-kwoti rilevanti; madankollu l-qabdiet kollha ta’ din ix-xorta għandhom jiġu ddokumentati bis-sħiħ, aqra: Il-qabdiet taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-punt m’għandhomx jinqatgħu mill-kwoti rilevanti; madankollu l-qabdiet kollha ta’ din ix-xorta għandhom jiġu ddokumentati bis-sħiħ.