Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 352 tal-24 ta' Diċembru 2013)
- Identifier:
- 32013R1408R(02)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 352 tal-24 ta' Diċembru 2013 )
F'paġna 11, fil-premessa (13), l-ewwel sentenza,minflok: Għall-iskopijiet ta' trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li tiġi kkalkulata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (għajnuna trasparenti)., aqra: Għall-iskopijiet ta' trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li jiġi kkalkulat bi preċiżjoni l-ekwivalenti ta' għotja gross ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (għajnuna trasparenti).;
F'paġna 11, fil-premessa (14), it-tieni u t-tielet sentenza,minflok: Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammont tal-għajnuna mogħtija mhux skont fil-forma ta' għotja ta' flus kontanti jkun konvertit fl-ekwivalenti ta' għotja grossa ekwivalenti. Il-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti fir-rigward ta' tipi trasparenti ta' għajnuna barra minn għotjiet jew ta' għajnuna li tkun pagabbli f'għadd ta' pagamenti jeħtieġ li jiġu użati ta' rati ta' imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat tali għajnuna., aqra: Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammont tal-għajnuna mogħtija mhux fil-forma ta' għotja ta' flus kontanti jkun konvertit fl-ekwivalenti ta' għotja gross. Il-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross fir-rigward ta' tipi trasparenti ta' għajnuna barra minn għotjiet jew ta' għajnuna li tkun pagabbli f'għadd ta' pagamenti jeħtieġ li jiġu użati rati attwali ta' imgħax tas-suq fil-mument li tkun ingħatat tali għajnuna.;
F'paġna 11, fil-premessa (15), l-ewwel sentenza,minflok: L-għajnuna fil-forma ta' self, inkluż l-għajnuna għal finanzjament ta' riskju de minimis li tieħu l-forma ta' self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata abbażi ta' rati attwali ta' imgħax tas-suq fil-mument li fih tingħata l-għotja., aqra: L-għajnuna fil-forma ta' self, inkluż l-għajnuna għal finanzjament ta' riskju de minimis li tieħu l-forma ta' self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat abbażi ta' rati attwali ta' imgħax tas-suq fil-mument li fih tingħata l-għotja.;
F'paġna 11, fil-premessa (15), it-tielet u r-raba' sentenza,minflok: Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, self assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jkunx iktar minn ' EUR 75000 fuq perjodu ta' ħames snin jew EUR 37500 fuq perjodu ta' għaxar snin, jista' jitqies li l-għotja grossa ekwivalenti tiegħu ma tkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi., aqra: Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, self assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jkunx iktar minn EUR 75000 fuq perjodu ta' ħames snin jew EUR 37500 fuq perjodu ta' għaxar snin, jista' jitqies li l-ekwivalenti ta' għotja gross tiegħu ma jkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. Minħabba d-diffikultajiet biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.;
F'paġna 11, fil-premessa (17), l-ewwel sentenza,minflok: Għajnuna li tikkonsisti f'garanziji, inkluż l-għajnuna de minimis għal finanzjament ta' riskju li tikkonsisti f'garanziji, għandha titqies li tkun trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'Avviż tal-Garanzija (3 )., aqra: Għajnuna li tikkonsisti f'garanziji, inkluż l-għajnuna de minimis għal finanzjament ta' riskju li tikkonsisti f'garanziji, għandha titqies li tkun trasparenti jekk l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'Avviż tal-Garanzija (3 ).;
F'paġna 11, fil-premessa (17), ir-raba' sentenza,minflok: Fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma tkunx iktar minn EUR 112500 u t-tul ta' żmien tal-garanziji ma jkunx iktar minn ħames snin il-garanzija tista' tiġi kkunsidrata li għandha għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis., aqra: Fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma jkunx iktar minn EUR 112500 u t-tul ta' żmien tal-garanziji ma jkunx iktar minn ħames snin il-garanzija tista' tiġi kkunsidrata li għandha ekwivalenti ta' għotja gross li ma jaqbiżx il-limitu de minimis .;
F'paġna 11, fil-premessa (17), is-sitt u s-seba' sentenza,minflok: Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanziji li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, li l-Kummissjoni tkun aċċettatu bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi., aqra: Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' garanziji li tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien u li l-Kummissjoni tkun aċċettata bħala konformi mal-Avviż tal-Garanzija, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.;
F'paġna 12, fil-premessa (19),minflok: Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix minn għotja, self, garanzija, injezzjoni ta' kapital jew miżuri ta' finanzjament ta' riskju fil-forma ta' investiment ta' ishma jew quais-ishma, twassalx għal għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis u tista' għalhekk tidħol fl-ambitu ta' dan ir-Regolament., aqra: Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix minn għotja, self, garanzija, injezzjoni ta' kapital jew miżuri ta' finanzjament ta' riskju fil-forma ta' investiment ta' ishma jew quasi-ishma, twassalx għal ekwivalenti ta' għotja gross li ma jaqbiżx il-limitu de minimis u tista' għalhekk tidħol fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.;
F'paġna 13, fl-Artikolu 3(6), fit-tielet sentenza; u f'paġna 14, fit-titolu tal-Artikolu 4,minflok: l-għotja grossa ekwivalenti, aqra: l-ekwivalenti ta' għotja gross;
F'paġna 14, fl-Artikolu 4(1),minflok: Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li tiġi kkalkulata b'mod preċiż l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni tar-riskju (għajnuna trasparenti)., aqra: Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li jiġi kkalkulat b'mod preċiż l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni tar-riskju (għajnuna trasparenti).;
F'paġna 14, fl-Artikolu 4(3), il-punti (b) u (c),minflok: (b) is-self ikun assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta' EUR 75000 fuq t-tul ta' żmien ta' ħames snin jew EUR 37500 fuq tul ta' żmien ta' għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta' żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta' dak is-self tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja., aqra: (b) is-self ikun assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta' EUR 75000 fuq it-tul ta' żmien ta' ħames snin jew EUR 37500 fuq tul ta' żmien ta' għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta' żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dak is-self jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.;
F'paġna 14, fl-Artikolu 4(6), il-punti (b) u (c),minflok: (b) il-garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont garantit hu ta' EUR 112500 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' ħames snin jew l-ammont garantit hu EUR 56250 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' għaxar snin; jekk l-ammont garantit hu inqas minn dawn l-ammonti u/jew il-garanzija hi għal tul ta' żmien ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta' dik il-garanziji tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew, aqra: (b) il-garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont garantit hu ta' EUR 112500 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' ħames snin jew l-ammont garantit hu EUR 56250 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' għaxar snin; jekk l-ammont garantit hu inqas minn dawk l-ammonti u/jew il-garanzija hi għal tul ta' żmien ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dik il-garanzija jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew;
F'paġna 14, fl-Artikolu 4, il-punt 6(d)(i),minflok: (i) il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanzija tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni skont kwalunkwe Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, u l-metodoloġija aċċettata mill-Kummissjoni bħala li hi konformi mal-Avviż ta' Garanzija jew kwalunkwe Avviż sussegwenti, u, aqra: (i) il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-garanzija tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni skont kwalunkwe Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, u l-metodoloġija tkun ġiet aċċettata mill-Kummissjoni bħala li hi konformi mal-Avviż ta' Garanzija jew kwalunkwe Avviż sussegwenti, u;
F'paġna 15, fl-Artikolu 6(1), l-ewwel sentenza,minflok: Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espressa bħala għotja grossa ekwivalenti u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , aqra: Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espress bħala ekwivalenti ta' għotja gross u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .