Rettifika tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 173 tal-12 ta’ Ġunju 2014)
- Identifier:
- 32014L0065R(15)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 173 tal-12 ta’ Ġunju 2014 )
It-termini li jinnegozjaw f’isimhom stess, jinnegozjaw f’isimhom stess u in-negozjar f’isimhom stess għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu negozjar akkont proprju fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa. It-termini negozjar fuq kont proprju, jinnegozja fuq il-kont proprju u tinnegozja fuq kont proprju għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu negozjar akkont proprju fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa. It-termini kummerċ b’matched principle, negozjar b’matched prinċipal, negozjar b’matched principle u negozjar prinċipali mqabbel għandhom jiġu sostitwiti bit-terminu negozjar matched principal fid-Direttiva kollha.
F’paġna 403, l-Artikolu 20(3),minflok: 3. L-Istati Membri għandhom jippermettu li ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera OTF jinnegozjaw għal rashom, u mhux biss f’kummerċ b’ matched principle, b’rabta ma’ strumenti ta’ dejn sovran li għalihom mhemmx suq likwidu.,aqra: 3. L-Istati Membri għandhom jippermettu li ditti ta’ investiment jew operaturi tas-suq li jħaddmu OTF jinnegozjaw akkont proprju, għajr negozjar matched principal, b’rabta biss ma’ strumenti ta’ dejn sovran li għalihom ma hemmx suq likwidu..
F’paġna 381, l-Artikolu 4(1)(6),minflok: (6) negozjar akkont tagħhom infushom tfisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;,aqra: (6) negozjar akkont proprju tfisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;;
F’paġna 352, il-premessa (24),minflok: (24) In-negozjar fuq il-kont proprju meta jiġu eżegwiti l-ordnijiet tal-klijenti għandu jinkludi ditti li jeżegwixxu ordnijiet minn klijenti differenti billi tqabbilhom fuq bażi mqabbel ta’ prinċipal (negozjar dahar ma’ dahar - back to back), li għandu jitqies bħala aġir bħala prinċipal u għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li tkopri kemm l-eżekuzzjonijiet ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti kif ukoll l-ittrattar minn persuni għal rashom.,aqra: (24) In-negozjar akkont proprju meta jiġu eżegwiti l-ordnijiet tal-klijenti għandu jinkludi ditti li jeżegwixxu ordnijiet minn klijenti differenti billi tqabbilhom fuq bażi matched principal (negozjar dahar ma’ dahar — back to back), li għandu jitqies bħala aġir bħala prinċipal u għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li tkopri kemm l-eżekuzzjonijiet ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti kif ukoll in-negozjar akkont proprju.;
F’paġna 352, il-premessa (25),minflok: (25) L-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ strumenti finanzjarji bħala attività anċillari bejn żewġ persuni li l-kummerċ tagħhom, fuq bażi ta’ grupp, la huwa l-provvista ta’ servizzi ta’ investiment fit-tifsira ta’ din id-Direttiva u lanqas ta’ attivitajiet bankarji fit-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE ma għandux jitqies bħala negozjar ta’ persuna f’isimha stess meta teżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti.,aqra: (25) L-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ strumenti finanzjarji bħala attività anċillari bejn żewġ persuni li l-kummerċ tagħhom, fuq bażi ta’ grupp, la huwa l-provvista ta’ servizzi ta’ investiment fit-tifsira ta’ din id-Direttiva u lanqas ta’ attivitajiet bankarji fit-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE ma għandux jitqies bħala negozjar akkont proprju meta teżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti.;