Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 84 tal‐20 ta' Marzu 2014)
- Identifier:
- 32014R0251R(04)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 84 tal‐20 ta' Marzu 2014 )
1. Fit-Titolu, fil-paġna tal-werrej u fit-test kollu tar-Regolament inklużi l-Annessi, il-frażi prodotti tal-inbid aromatizzat għandha tiġi sostitwita bil-frażi prodotti tal-inbid aromatizzati;
2. Fit-test kollu tar-Regolament, il-frażijiet li ġejjin: xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat, xarbiet ibbażati fuq l-inbid u xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat għandhom jiġu sostitwiti bil-frażi waħdanija xorb aromatizzat ibbażat fuq l-inbid;
3. Fil-paġna 14, il-premessa 6,minflok: Fl-interess tal-konsumaturi, dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti tal-inbid aromatizzat kollha mqiegħda fis-suq fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk jiġix prodott fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi., aqra: Fl-interess tal-konsumaturi, dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti kollha tal-inbid aromatizzati mqiegħda fis-suq fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk jiġix prodott fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi.;
4. Fil-paġna 17, l-Artikolu 1, il-paragrafu 3,minflok: 3. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti kollha tal-inbid aromatizzat fuq is-suq fl-Unjoni irrispettivament minn jekk ikunux prodotti fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi, kif ukoll għal dawk prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni.,aqra: 3. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti kollha tal-inbid aromatizzati fuq is-suq fl-Unjoni irrispettivament minn jekk ikunux prodotti fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi, kif ukoll għal dawk prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni..