Corrección de errores del Reglamento (UE) n.o 334/2014 del Parlamento Europeo y del Consejo, de 11 de marzo de 2014, por el que se modifica el Reglamento (UE) n.o 528/2012, relativo a la comercialización y el uso de los biocidas, en relación con determinadas condiciones de acceso al mercado (Diario Oficial de la Unión Europea L 103 de 5 de abril de 2014)

Identifier:
32014R0334R(04)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, fir-rigward ta' ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 103 tal-5 ta' April 2014 )

1. Fil-paġna 22, premessa 4, l-ewwel żewġ sentenzi,minflok: (4) […] biex prodott bijoċidali li jissodisfa l-kriterji għal din il-klassifikazzjoni jkun disponibbli fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali. Il-punt (c) tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi l-awtorizzazzjoni biex prodotti bijoċidali li jissodisfaw il-kriterji li jagħmluhom persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBT), jew persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna (vPvB) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8 ) jkunu disponibbli fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali.,aqra: (4) […] biex prodott bijoċidali li jissodisfa l-kriterji għal din il-klassifikazzjoni jitqiegħed fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali. Il-punt (c) tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali ta' prodotti bijoċidali li jissodisfaw il-kriterji li jagħmluhom persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBT), jew persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna (vPvB) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8 ) .;

2. Fil-paġna 24, premessa 21, l-ewwel sentenza,minflok: (21) L-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ifittex li jippermetti t-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati bi prodotti bijoċidali […],aqra: (21) L-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ifittex li jippermetti l-introduzzjoni fis-suq ta' oġġetti ttrattati bi prodotti bijoċidali […];

3. Fil-paġna 24, premessa 22, l-ewwel sentenza,minflok: (22) Billi l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 japplika biss għal oġġetti ttrattati li diġà qegħdin fis-suq, iddaħħlet projbizzjoni mhux maħsuba […],aqra: (22) Billi l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 japplika biss għal oġġetti ttrattati li diġà ġew introdotti fis-suq, iddaħħlet projbizzjoni mhux maħsuba […];

4. Fil-paġna 25, premessa 27, l-ewwel u l-aħħar sentenza,minflok: (27) L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali li […].[…].[…]. Barra minn hekk, […], għandu jkun hemm il-possibbiltà li persuna oħra tkun tista' tqiegħed fis-suq prodotti bijoċidali li fihom dik is-sustanza, […].,aqra: (27) L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi l-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti bijoċidali […].[…].[…]. Barra minn hekk, […], għandu jkun hemm il-possibbiltà li persuna oħra tkun tista' tintroduċi fis-suq prodotti bijoċidali li fihom dik is-sustanza, […].;

5. Fil-paġna 29, l-Artikolu 1, il-punt 21 [Artikolu 89, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012],minflok: 2.L-Istat Membru kkonċernat jista', skont ir-regoli nazzjonali tiegħu, jawtorizza biss id-disponibbiltà fis-suq jew l-użu fit-territorju tiegħu ta' prodott bijoċidali li jkun fih biss:, aqra: 2.L-Istat Membru kkonċernat jista', skont ir-regoli nazzjonali tiegħu, jawtorizza biss it-tqegħid fis-suq jew l-użu fit-territorju tiegħu ta' prodott bijoċidali li jkun fih biss:;

6. Fil-paġna 30, l-Artikolu 1, il-punt 23 [Artikolu 93, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012],minflok: (23) B'deroga mill-Artikolu 17(1), Stat Membru jista' jkompli japplika s-sistema jew il-prattika attwali tiegħu li jagħmel disponibbli fis-suq u juża […],aqra: (23) B'deroga mill-Artikolu 17(1), Stat Membru jista' jkompli japplika s-sistema jew il-prattika attwali tiegħu li jqiegħed fis-suq u juża […];

7. Fil-paġna 31, l-Artikolu 1, il-punt 24 [Artikolu 94, il-paragrafu 1, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012],minflok: 1.[…], jew inklużi fl-Anness I, jista' jitqiegħed fis-suq sa waħda mid-dati li ġejjin:, aqra: 1.[…], jew inklużi fl-Anness I, jista' jiġi introdott fis-suq sa waħda mid-dati li ġejjin:;

8. Fil-paġna 31, l-Artikolu 1, il-punt 24 [Artikolu 94, il-paragrafu 2, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012],minflok: 2.[…] għat-tip tal-prodott u l-użu rilevanti, jew inklużi fl-Anness I, jista' jitqiegħed fis-suq sal-1 ta' Marzu 2017 ., aqra: 2.[…] għat-tip tal-prodott u l-użu rilevanti, jew inklużi fl-Anness I, jista' jiġi introdott fis-suq sal-1 ta' Marzu 2017 ..