Rettifika għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 12 tas-17 ta’ Jannar 2015)
- Identifier:
- 32015R0035R(13)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 12 tas-17 ta’ Jannar 2015 )
Fir-Regolament ta’ Delega kollu:minflok: Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza, aqra: Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku.
Fir-Regolament ta’ Delega kollu:minflok: BSCR, aqra: RKSB.
F’paġna 1, it-titolu:minflok: Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), aqra: Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II).
F’paġna 2, fil-werrej:minflok: SUBTAQSIMA 5 Kalkolu tar-rekwiżit kapitali bażiku tas-solvenza, aqra: SUBTAQSIMA 5 Kalkolu tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza bażiku.
F’paġna 25, fl-Artikolu 7, it-titolu:minflok: Suppożizzjonijiet ta’ valutazzjoni , aqra: Suppożizzjonijiet tal-valwazzjoni .
F’paġna 135, fl-Artikolu 206(1), il-punt (b):minflok: (b) nBSCR tirrappreżenta r-Rekwiżit Kapitali Bażiku nett tas-Solvenza kif imemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;,aqra: (b) nRKSB tirrappreżenta n-nett tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;.
F’paġna 135, fl-Artikolu 206(2), is-sentenza introduttorja:minflok: Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku nett tas-Solvenza jiġi kkalkulat skont it-Taqsima 1, Subtaqsima 1 sa 7 tal-Kapitolu V bil-modifiki li ġejjin kollha:, aqra: In-nett tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku jiġi kkalkulat skont it-Taqsima 1, Subtaqsima 1 sa 7 tal-Kapitolu V bil-modifiki li ġejjin kollha:.
F’paġna 141, fl-Artikolu 217(5), il-punt (b):minflok: (b) meta l-kalkolu msemmi fil-paragrafu 3 jirriżulta fi tnaqqis fil-fondi proprji bażiċi fil-livell tal-fond ring-fenced, il-bidla stmata f’dawk il-fondi proprji bażiċi għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku nett tas-Solvenza, kif imsemmi fl-Artikolu 206(2), tiġi aġġustata biex tirrifletti t-tnaqqis fil-benefiċċji diskrezzjonali futuri pagabbli lid-detenturi ta’ poloz jew benefiċjarji ta’ dak il-fond ring-fenced; l-aġġustament ma jaqbiżx l-ammont ta’ benefiċċji diskrezzjonali futuri fil-fond ring-fenced.,aqra: (b) meta l-kalkolu msemmi fil-paragrafu 3 jirriżulta fi tnaqqis fil-fondi proprji bażiċi fil-livell tal-fond ring-fenced, il-bidla stmata f’dawk il-fondi proprji bażiċi għall-kalkolu tan-nett tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku, kif imsemmi fl-Artikolu 206(2), tiġi aġġustata biex tirrifletti t-tnaqqis fil-benefiċċji diskrezzjonali futuri pagabbli lid-detenturi ta’ poloz jew benefiċjarji ta’ dak il-fond ring-fenced; l-aġġustament ma jaqbiżx l-ammont ta’ benefiċċji diskrezzjonali futuri fil-fond ring-fenced..
F’paġna 179, l-Artikolu 292(2):minflok: 2.Is-sommarju tar-rapport jixħet dawl fuq kwalunkwe bidla materjali fin-negozju u l-prestazzjoni, is-sistema ta’ governanza, il-profil tar-riskju, il-valutazzjoni għal skopijiet ta’ solvenza u l-ġestjoni tal-kapital tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni matul il-perjodu tar-rapportar., aqra: 2.Is-sommarju tar-rapport jixħet dawl fuq kwalunkwe bidla materjali fin-negozju u l-prestazzjoni, is-sistema ta’ governanza, il-profil tar-riskju, il-valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza u l-ġestjoni tal-kapital tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni matul il-perjodu tar-rapportar..
F’paġna 182, fl-Artikolu 296, it-titolu u f’paġna 192, fl-Artikolu 310, it-titolu:minflok: Valutazzjoni għall-finijiet ta’ solvenza , aqra: Valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza .
F’paġna 182, fl-Artikolu 296(1), il-punt (a):minflok: (a) b’mod separat għal kull klassi materjali ta’ assi, il-valur tal-assi, kif ukoll deskrizzjoni tal-bażijiet, il-metodi u s-suppożizzjonijiet ewlenin użati għall-valutazzjoni għal finijiet tas-solvenza;,aqra: (a) b’mod separat għal kull klassi materjali ta’ assi, il-valur tal-assi, kif ukoll deskrizzjoni tal-bażijiet, il-metodi u s-suppożizzjonijiet ewlenin użati għall-valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza;.
F’paġna 182, fl-Artikolu 296(1), il-punt (b) u fl-Artikolu 296(2), il-punt (c); f’paġna 183, fl-Artikolu 296(3), fil-punt (b); f’paġna 187, fl-Artikolu 304(2); f’paġna 192, fl-Artikolu 310(3):minflok: valutazzjoni għall-finijiet ta’ solvenza, aqra: valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza.
F’paġna 183, fl-Artikolu 296(3), il-punt (a):minflok: (a) b’mod separat għal kull klassi materjali ta’ obbligazzjonijiet oħrajn, il-valur ta’ obbligazzjonijiet oħrajn kif ukoll deskrizzjoni tal-bażijiet, il-metodi u s-suppożizzjonijiet ewlenin użati għall-valutazzjoni tagħhom għal skopijiet ta’ solvenza;,aqra: (a) b’mod separat għal kull klassi materjali ta’ obbligazzjonijiet oħrajn, il-valur ta’ obbligazzjonijiet oħrajn kif ukoll deskrizzjoni tal-bażijiet, il-metodi u s-suppożizzjonijiet ewlenin użati għall-valwazzjoni tagħhom għal finijiet ta’ solvenza;.
F’paġna 193, fl-Artikolu 312(3), l-ewwel sentenza:minflok: Meta ma jkunx hemm bżonn li jiġi sottomess rapport superviżorju regolari fir-rigward ta’ sena finanzjarja partikolari, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni xorta waħda jippreżentaw lill-awtorità superviżorja tagħhom rapport li jistabbilixxi kwalunkwe bidla materjali li seħħet fin-negozju u l-prestazzjoni, is-sistema ta’ governanza, il-profil tar-riskju, il-valutazzjoni għall-finijiet tas-solvenza u l-ġestjoni tal-kapital tal-impriża matul is-sena finanzjarja partikolari, u jipprovdu spjegazzjoni fil-qosor dwar il-kawżi u l-effetti ta’ tali bidliet., aqra: Meta ma jkunx hemm bżonn li jiġi sottomess rapport superviżorju regolari fir-rigward ta’ sena finanzjarja partikolari, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni xorta waħda jippreżentaw lill-awtorità superviżorja tagħhom rapport li jistabbilixxi kwalunkwe bidla materjali li seħħet fin-negozju u l-prestazzjoni, is-sistema ta’ governanza, il-profil tar-riskju, il-valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza u l-ġestjoni tal-kapital tal-impriża matul is-sena finanzjarja partikolari, u jipprovdu spjegazzjoni fil-qosor dwar il-kawżi u l-effetti ta’ tali bidliet..
F’paġna 214, fl-Artikolu 359, il-punt (d);minflok: (d) rigward il-valwazzjoni tal-grupp għall-finijiet ta’ solvenza: meta l-bażijiet, il-metodi u l-preżunzjonijiet ewlenin użati fil-livell ta’ grupp għall-valwazzjoni għall-finijiet ta’ solvenza tal-assi tiegħu, id-dispożizzjonijiet tekniċi u responsabbiltajiet ivarjaw materjalment minn dawk użati minn kwalunkwe mis-sussidjarji tiegħu għall-valwazzjoni għall-finijiet tas-solvenza tal-assi tiegħu, dispożizzjonijiet tekniċi u obbligazzjonijiet oħra, spjegazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva ta’ kwalunkwe differenza materjali;,aqra: (d) rigward il-valwazzjoni tal-grupp għal finijiet ta’ solvenza: meta l-bażijiet, il-metodi u l-preżunzjonijiet ewlenin użati fil-livell ta’ grupp għall-valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza tal-assi tiegħu, id-dispożizzjonijiet tekniċi u responsabbiltajiet ivarjaw materjalment minn dawk użati minn kwalunkwe mis-sussidjarji tiegħu għall-valwazzjoni għal finijiet ta’ solvenza tal-assi tiegħu, dispożizzjonijiet tekniċi u obbligazzjonijiet oħra, spjegazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva ta’ kwalunkwe differenza materjali;.
F’paġna 290, fl-Anness XX, fil-punt D, it-titolu:minflok: D. Valutazzjoni għal Skopijiet ta’ Solvenza ,aqra: D. Valwazzjoni għal Finijiet ta’ Solvenza .