Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199 tat-22 ta’ Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-approvazzjoni operazzjonali tan-navigazzjoni abbażi tal-prestazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tal-fornituri tas-servizzi tad-dejta u tal-operazzjonijiet li jsiru lil hinn mill-kosta permezz tal-ħelikopters, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 198 tat-23 ta’ Lulju 2016)
- Identifier:
- 32016R1199R(07)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199 tat-22 ta’ Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-approvazzjoni operazzjonali tan-navigazzjoni abbażi tal-prestazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tal-fornituri tas-servizzi tad-dejta u tal-operazzjonijiet li jsiru lil hinn mill-kosta permezz tal-ħelikopters, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 198 tat-23 ta’ Lulju 2016 )
F’paġna 29, fl-Anness, fil-punt (4)(c), fiż-żieda tas-Subparti K fl-Anness V (il-Parti SPA) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, fil-Parti SPA.HOFO.165 Proċeduri u tagħmir addizzjonali għal operazzjonijiet f’ambjent ostili, fil-punt (d), is-subpunt (1):minflok: (1) Iċ-ċattri tas-salvataġġ kollha li jkunu qed jinġarru għandhom ikunu installati b’tali mod li jkunu jistgħu jintużaw fil-kundizzjonijiet tal-baħar li fihom ikunu ġew evalwati l-karatteristiċi tal-inżul ta’ emerġenza, tal-għawm f’wiċċ l-ilma u tat-trim tal-ħelikopter.,aqra: (1) Iċ-ċattri tas-salvataġġ kollha li jkunu qed jinġarru għandhom ikunu installati b’tali mod li jkunu jistgħu jintużaw fil-kundizzjonijiet tal-baħar li fihom ikunu ġew evalwati l-karatteristiċi tal-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, tal-għawm f’wiċċ l-ilma u tat-trim tal-ħelikopter..
F’paġna 29, fl-Anness, fil-punt (4)(c), fiż-żieda tas-Subparti K fl-Anness V (il-Parti SPA) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, fil-Parti SPA.HOFO.165 Proċeduri u tagħmir addizzjonali għal operazzjonijiet f’ambjent ostili, il-punt (g), l-uniku paragrafu:minflok: Il-bibien li ma jkunux jistgħu jintremew u li jkunu ddisinjati bħala ħruġ ta’ emerġenza f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza għandu jkollhom mezz biex jinżammu miftuħin, sabiex ma jfixklux il-ħruġ tal-okkupanti fil-kundizzjonijiet kollha tal-baħar, sal-kundizzjonijiet tal-baħar massimi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-inżul ta’ emerġenza u tal-għawm f’wiċċ l-ilma., aqra: Il-bibien li ma jkunux jistgħu jintremew u li jkunu ddisinjati bħala ħruġ ta’ emerġenza f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza fuq l-ilma għandu jkollhom mezz biex jinżammu miftuħin, sabiex ma jfixklux il-ħruġ tal-okkupanti fil-kundizzjonijiet kollha tal-baħar, sal-kundizzjonijiet tal-baħar massimi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma u tal-għawm f’wiċċ l-ilma..