Rettifika għad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 328 tal-21 ta’ Diċembru 2018)
- Identifier:
- 32018L2001R(05)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika għad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 328 tal-21 ta’ Diċembru 2018 )
It-terminu riżerva għolja ta’ karbonju għandu jiġi sostitwit bit-terminu ħażna għolja ta’ karbonju fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa. It-terminu l-istokkijiet tal-karbonju għandu jiġi sostitwit bit-terminu il-ħażniet tal-karbonju fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa. It-terminu l-istokkijiet u l-ħażniet (sinks) tal-karbonju għandu jiġi sostitwit bit-terminu il-ħażniet u l-bjar tal-karbonju fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa. It-terminu sink tas-sħana għandu jiġi sostitwit bit-terminu dissipatur tas-sħana fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.