Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 58, it-28 ta’ Frar 2018)
- Identifier:
- 32018R0273R(03)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 58, it-28 ta’ Frar 2018 )
Fil-paġna 8, fl-Artikolu 2, il-punt 1(f),minflok: (f) proċessur tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x’inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li huma jew ħaddieħor f’isimhom iwettqu l-ipproċessar tal-inbejjed li jwassal għal inbejjed, inbejjed likurużi, inbejjed frizzanti u semifrizzanti, inbejjed frizzanti u semifrizzanti bil-gass, inbejjed frizzanti ta’ kwalità jew inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità;,aqra: (f) proċessur tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x’inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li huma jew ħaddieħor f’isimhom iwettqu l-ipproċessar tal-inbejjed li jwassal għal inbejjed, inbejjed likurużi, inbejjed spumanti u semispumanti, inbejjed spumanti u semispumanti bil-gass, inbejjed spumanti ta’ kwalità jew inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità;.
Fil-paġna 23, fl-Artikolu 29, il-punt 3(c),minflok: (c) il-produzzjoni ta’ kull kategorija ta’ nbejjed frizzanti, inbejjed semifrizzanti, u nbejjed semifrizzanti bil-gass;,aqra: (c) il-produzzjoni ta’ kull kategorija ta’ nbejjed spumanti, inbejjed semispumanti, u nbejjed semispumanti bil-gass;.