Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 4 tas-7 ta’ Jannar 2019)
- Identifier:
- 32019R0006R(07)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 4 tas-7 ta’ Jannar 2019 )
Fil-paġna 142, Anness II, Titolu I, Parti 3, Taqsima B, Kapitolu I, punt 1(2),minflok: (2) li sabiex ikun evitat kull riskju għas-saħħa tal-konsumatur ta’ prodotti tal-ikel minn annimali ttrattati, jew diffikultajiet fl-ipproċessar industrijali tal-prodotti tal-ikel, hu possibbli li jkunu stabbiliti perjodi realistiċi ta’ rtirar li jistgħu jkunu osservati taħt kundizzjonijiet prattiċi ta’ trobbija tal-bhejjem;,aqra: (2) li sabiex ikun evitat kull riskju għas-saħħa tal-konsumatur ta’ prodotti tal-ikel minn annimali ttrattati, jew diffikultajiet fl-ipproċessar industrijali tal-prodotti tal-ikel, hu possibbli li jkunu stabbiliti perjodi ta’ stennija realistiċi li jistgħu jkunu osservati taħt kundizzjonijiet prattiċi ta’ trobbija tal-bhejjem;;
It-terminu perjodu ta’ rtirar għandu jiġi sostitwit bit-terminu perjodu ta’ stennija fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa;
Fil-paġna 61, Artikolu 9(2),minflok: 2.L-approvazzjonijiet tal-provi kliniċi għandhom jingħataw bil-kundizzjoni li l-annimali li jipproduċu l-ikel użati fil-provi kliniċi jew prodotti minnhom ma jiddaħħlux fil-katina tal-ikel sakemm ma jkunx ġie stabbilit mill-awtorità kompetenti perjodu xieraq ta’ rtirar., aqra: 2.L-approvazzjonijiet tal-provi kliniċi għandhom jingħataw bil-kundizzjoni li l-annimali li jipproduċu l-ikel użati fil-provi kliniċi jew prodotti minnhom ma jiddaħħlux fil-katina tal-ikel sakemm ma jkunx ġie stabbilit mill-awtorità kompetenti perjodu ta’ stennija xieraq.;
It-terminu perjodu tal-irtirar għandu jiġi sostitwit bit-terminu perjodu ta’ stennija fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa; It-terminu perjodu għall-irtirar għandu jiġi sostitwit bit-terminu perjodu ta’ stennija fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa;
Fil-paġna 143, Anness II, Titolu I, Parti 3, Taqsima B, Kapitolu II, punt 1, it-tieni paragrafu, is-sitt inċiż,minflok: — perjodu propost ta’ rtirar.,aqra: — perjodu ta’ stennija propost.;
Fil-paġna 143, Anness II, Titolu I, Parti 3, Taqsima B, Kapitolu II, punt 1, it-tielet paragrafu, is-seba’ inċiż,minflok: — diskussjoni oġġettiva tar-riżultati akkwistati, u tal-proposti li jikkonċernaw il-perjodi meħtieġa ta’ rtirar biex jiġi żgurat li l-ebda residwu li jista’ jikkostitwixxi periklu għal konsumatur ma jkun preżenti fil-prodotti tal-ikel miksub minn annimali ttrattati.,aqra: — diskussjoni oġġettiva tar-riżultati akkwistati, u tal-proposti li jikkonċernaw il-perjodi ta’ stennija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ebda residwu li jista’ jikkostitwixxi periklu għal konsumatur ma jkun preżenti fil-prodotti tal-ikel miksub minn annimali ttrattati..