Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 9 tal-11 ta’ Jannar 2019)

Identifier:
32019R0033R(04)
Status:
effective
Text language:
mt

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 9 tal-11 ta’ Jannar 2019 )

Fil-paġna 2, it-titolu; fil-paġna 8, l-Artikolu 1, il-punt d; fil-paġna 12, it-Taqsima 3, it-titolu; fil-paġna 30, l-Artikolu 61, il-punt 6, l-ewwel paragrafu:minflok: emendi għall-ispeċifikazzjoni, aqra: emendi tal-ispeċifikazzjoni.

Fil-paġna 3, il-premessa 6, l-aħħar sentenza:minflok: l-ippakkjar, aqra: l-imballaġġ.

Fil-paġna 9, l-Artikolu 4, il-paragrafu 2:minflok: 2.Fejn l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tindika li l-ippakkjar, inkluż l-ibbottiljar, għandu jseħħ fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata jew fi ħdan żona fi prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tinkludi wkoll ġustifikazzjoni li turi għalfejn, fil-każ speċifiku, l-ippakkjar irid iseħħ fiż-żona ġeografika partikolari biex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità, biex jiġi żgurat l-oriġini jew biex jiġi żgurat il-kontroll, filwaqt li jitqies id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari dak dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. , aqra: 2.Fejn l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tindika li l-imballaġġ, inkluż l-ibbottiljar, għandu jseħħ fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata jew fi ħdan żona fi prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tinkludi wkoll ġustifikazzjoni li turi għalfejn, fil-każ speċifiku, l-imballaġġ irid iseħħ fiż-żona ġeografika partikolari biex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità, biex jiġi żgurat l-oriġini jew biex jiġi żgurat il-kontroll, filwaqt li jitqies id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari dak dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. .

Fil-paġna 13, l-Artikolu 16, il-punt 1, l-ewwel paragrafu:minflok: emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, aqra: emenda tal-Unjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Fil-paġna 13, l-Artikolu 16, il-punt 1, it-tieni u t-tielet paragrafi:minflok: emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni tal-prodott, aqra: emenda tal-Unjoni ta’ speċifikazzjoni tal-prodott.

Fil-paġna 13, l-Artikolu 17, il-punt 1, it-tieni paragrafu, l-ewwel u l-aħħar sentenzi:minflok: emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott, aqra: emenda standard ta’ speċifikazzjoni tal-prodott.

Fil-paġna 23, l-Artikolu 46, il-punt 2, l-aħħar paragrafu:minflok: F’każ ta’ kontenituri li mhumiex fliexken, il-kliem ippakkjatur u ippakkjat minn (…) għandu jissostitwixxi lill-kliem bottiljatur u ibbottiljat minn (…) rispettivament, għajr fejn il-lingwa użata fiha nfisha ma tkunx tindika din id-differenza., aqra: F’każ ta’ kontenituri li mhumiex fliexken, il-kliem imballatur u imballat minn (…) għandu jissostitwixxi lill-kliem bottiljatur u ibbottiljat minn (…) rispettivament, għajr fejn il-lingwa użata fiha nfisha ma tkunx tindika din id-differenza..

Fil-paġna 30, l-Artikolu 61, il-punt 8, l-ewwel paragrafu:minflok: emendi għal speċifikazzjoni tal-prodott, aqra: emendi ta’ speċifikazzjoni tal-prodott.

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 9 tal-11 ta’ Jannar 2019) — LexHub