Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 9 tal-11 ta’ Jannar 2019)
- Identifier:
- 32019R0034R(03)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 9 tal-11 ta’ Jannar 2019 )
Fil-paġna 54, l-Artikolu 12, il-punt 2,minflok: 2. Meta l-Kummissjoni tapprova emenda għal speċifikazzjoni ta’ prodott jew tirċievi komunikazzjoni ta’ emenda approvata għal speċifikazzjoni ta’ prodott li tinvolvi bidla fl-informazzjoni rreġistrata fir-reġistru, għandha tirreġistra d-data l-ġdida b’effett mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tapprova l-emenda.,aqra: 2. Meta l-Kummissjoni tapprova emenda ta’ speċifikazzjoni tal-prodott jew tirċievi komunikazzjoni ta’ emenda approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott li tinvolvi bidla fl-informazzjoni rreġistrata fir-reġistru, għandha tirreġistra d-data l-ġdida b’effett mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tapprova l-emenda..
Fil-paġna 46, it-titolu u n-nota 5 f’qiegħ il-paġna,minflok: l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, aqra: l-emendi tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti;
Fil-paġna 49, l-Artikolu 1, il-punt c,minflok: l-emendi għal speċifikazzjonijiet ta’ prodotti, aqra: l-emendi ta’ speċifikazzjonijiet tal-prodotti;
Fil-paġna 51, l-Artikolu 5, il-punt 1(k); fil-paġna 55, l-Artikolu 15, il-punt 5; fil-paġna 56, l-Artikolu 19, il-punt 2, it-tieni paragrafu, l-ewwel sentenza, il-punt 3(b), u l-punt 7, l-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu; fil-paġna 63, l-Anness I, il-punt 10.1,minflok: ippakkjar, aqra: imballaġġ.
Fil-paġna 52, it-Taqsima 3, it-titolu,minflok: Emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott , aqra: Emendi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ;
Fil-paġna 53, l-Artikolu 10, il-punt 1, il-frażi introduttorja,minflok: emendi standard għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, aqra: emendi standard tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;
Fil-paġna 53, l-Artikolu 11, il-punt 1, il-frażi introduttorja,minflok: emenda temporanja għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, aqra: emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;