Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 314 tal-5 ta’ Diċembru 2019)
- Identifier:
- 32019R2035R(06)
- Status:
- effective
- Text language:
- mt
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 314 tal-5 ta’ Diċembru 2019 )
Fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 kollu għajr f’paġna 154, fl-Artikolu 79, it-titolu u l-ewwel paragrafu,minflok: għasafar miżmuma, aqra: għasafar miżmuma fil-magħluq;
F’paġna 116, fil-premessa 10, it-tieni sentenza,minflok: Il-bajd għat-tifqis tat-tjur jew ta’ għasafar oħra miżmuma jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-bajd għat-tifqis stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429, u għaldaqstant l-operaturi ta’ stabbilimenti li jipproduċu dak il-bajd li jkun maħsub biex jinġarr lejn Stat Membru ieħor huma meħtieġa japplikaw għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom mal-awtorità kompetenti., aqra: Il-bajd għat-tifqis tat-tjur jew ta’ għasafar oħra miżmuma fil-magħluq jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-bajd għat-tifqis stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429, u għaldaqstant l-operaturi ta’ stabbilimenti li jipproduċu dak il-bajd li jkun maħsub biex jinġarr lejn Stat Membru ieħor huma meħtieġa japplikaw għall-approvazzjoni tal-istabbiliment tagħhom mal-awtorità kompetenti.;
F’paġna 133, fl-Artikolu 25, it-titolu,minflok: Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu t-tjur u l-għasafar , aqra: Obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu t-tjur u l-għasafar miżmuma fil-magħluq ;
F’paġna 133, fl-Artikolu 25, il-frażi introduttorja,minflok: L-operaturi ta’ stabbilimenti rreġistrati jew approvati li jżommu t-tjur u l-operaturi ta’ stabbilimenti li jżommu l-għasafar għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja:, aqra: L-operaturi ta’ stabbilimenti rreġistrati jew approvati li jżommu t-tjur u l-operaturi ta’ stabbilimenti li jżommu l-għasafar miżmuma fil-magħluq għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja:.